Żgħażagħ
Ir-Rigal ta’ Jen
L-awtur tgħix f’ Utah, l-Istati Uniti.
Għamilt bosta għażliet ħżiena fit-tieni sena tiegħi fl-iskola sekondarja. Dawn l-għażliet kellhom konsegwenzi serji u ħallewni mdejqa, u ddeċidejt li nuża l-vaganzi tas-sajf sabiex nibda nagħmel it-tibdil meħtieġ. Meta reġgħet bdiet l-iskola, jiena bdejt immur niekol il-kolazzjon tiegħi jew fil-kamra tal-banju jew inkella f’ xi kuritur vojt sabiex nevita li nerġa’ nitħallat ma’ min kien ta’ influwenza ħażina fuqi.
Qatt ma ħassejtni daqshekk waħdi.
Imbagħad Alla tani rigal: Huwa bagħatli lil Jen. Hija qatt ma ġġudikatni għall-iżbalji tiegħi iżda minflok inkoraġġietni sabiex nibqa’ miexja fid-direzzjoni t-tajba. Li kieku kont naf li hija kienet sa tkun l-iskola kien ikun biżżejjed biex jiena nkompli naqra l-iskrittura tiegħi u nkompli nrawwem it-testimonjanza tiegħi. Sakemm wasal jum il-gradwazzjoni, jiena kont tajt prova lili nnifsi li kont lesta ninbidel.
Xi kultant ngħid lili nnifsi li ma nafx fejn kont inkun illum li kieku ma kellix l-għajnuna ta’ Jen. Kont kapaċi nżomm soda mal-prinċipji tiegħi mingħajrha? Nirringrazzja ’l Alla li ma nistax ngħid għaliex hija kienet dejjem hemm kollha mħabba, lesta dejjem li tgħini.