2013
Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: Ħallieq
Ottubru 2013


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ottubru 2013

Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: Ħallieq

Permezz ta’ talb studjaw dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutuh mal-aħwa li intom iżżuru. Użaw l-mistoqsijiet biex jgħinukom issaħħu lil ħutkom u biex tagħmlu lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti attiva minn ħajjitkom. Għal aktar informazzjoni, araw reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Ġesù Kristu “ħoloq is-smewwiet u l-art” (3 Nephi 9:15). Huwa għamel dan permezz tal-qawwa tas-saċerdozju, taħt id-direzzjoni ta’ Missierna tas-Smewwiet (ara Moses 1:33).

“Kemm għandna nkunu grati li Ħallieq tant għaqli fassal dinja u poġġiena hawn,” qal il-President Thomas S. Monson, “… sabiex inkunu nistgħu nesperjenzaw żmien ta’ prova, opportunità li nittestjaw lilna nfusna ħalli nkunu nistgħu nikkwalifikaw għal dak kollu li Alla ħejja għalina biex nirċevuh.”1 Meta aħna nużaw l-għażla ħielsa tagħna sabiex nobdu l-kmandamenti ta’ Alla u nindmu, aħna nsiru denji li nerġgħu lura biex ngħixu miegħu.

Dwar il-Ħallieq, il- President Dieter F. Uchtdorf, it-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal hekk:

“Aħna r-raġuni għaliex Huwa ħoloq l-univers! …

“Dan huwa l-paradoss tal-bniedem: mqabbel ma’ Alla, il-bniedem m’hu xejn; madankollu aħna kollox għal Alla.”2 L-għarfien tagħna li Ġesù Kristu ħoloq id-dinja għalina għaliex aħna kollox għal Missierna tas-Smewwiet jgħinna nkabbru l-imħabba tagħna lejhom.

Mill-Iskrittura

Ġwanni 1:3; Lhud 1:1–2; Mosiah 3:8; Moses 1:30–33, 35–39; Abraham 3:24–25

Mill-Istorja Tagħna

Aħna ġejna maħluqin fi xbieha ta’ Alla (ara Moses 2:26–27), u għandna potenzjal divin. Il-Profeta Joseph Smith saħaq mal-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna sabiex “jgħixu denji tal-privileġġi tagħhom.”3 B’ dikjarazzjoni ta’ kuraġġ bħal din bħala pediment, l-aħwa nisa fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem ġew mgħallmin sabiex jgħixu denji tal-potenzjal divin tagħhom billi jġibu fis-seħħ l-għan ta’ Alla għalihom. “Hekk kif huma jibdew jifhmu min verament huma—ulied Alla, b’ kapaċità instintiva li jħobbu u jindukraw—huma jilħqu l-potenzjal tagħhom bħala nisa qaddisa.”4

“Intom ġejtu mqiegħda f’ sitwazzjoni fejn tistgħu taġixxu skont dawk is-simpatiji li Alla poġġa fil-ġewwieni tagħkom,” qal il-Profeta Joseph Smith. “Kemm tkun ħaġa verament mill-isbaħ u glorjuża jekk intom tgħixu denji ta’ dawk il-prinċipji!—jekk tgħixu denji tal-privileġġ tagħkom, l-anġli ma jżommux lura milli huma jkunu l-imsieħba tagħkom.”5

Noti

  1. Thomas S. Monson, “The Race of Life,” Liahona, Mejju 2012, 91.

  2. Dieter F. Uchtdorf, “You Matter to Him,” Liahona, Nov. 2011, 20.

  3. Joseph Smith, f’ Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 171.

  4. Daughters in My Kingdom, 171.

  5. Joseph Smith, f’ Daughters in My Kingdom, 169.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Kif l-għarfien tagħna li nagħrfu n-natura divina tagħna jista’ jgħinna nkabbru l-imħabba tagħna għas-Salvatur?

  2. Kif nistgħu nuru l-gratitudni tagħna għall-ħolqien ta’ Alla?

Ipprintja