2013
Modi kif Nistgħu Nsalvaw
Ottubru 2013


Tfal

Modi kif Nistgħu Nsalvaw

Il-President Thomas S. Monson għallem li aħna għandna nilħqu lill-oħrajn, bħall-anzjani, ir-romol, il-morda, dawk anqas attivi u dawk li għandhom bżonn daqsxejn aktar għajnuna. Aħseb dwar dawk in-nies li inti taf li jistgħu jagħmlu użu mis-servizz tagħna.

Ikteb jew pinġi stampi ta’ ideat dwar kif tista’ tgħin lil xi wħud minn dawn in-nies. Tista’ titlob lill-ġenituri tiegħek sabiex jgħinuk taħseb dwar xi ideat u mbagħad tagħżel xi idea partikolari li trid tipprova din il-ġimgħa.