2014
Iżviluppa l-Potenzjal Tiegħek—Ibda Issa
Jannar 2014


Żgħażagħ

Iżviluppa l-Potenzjal Tiegħek—Ibda Issa

Il-President Uchtdorf jgħallem li “l-għanijiet personali jistgħu joħorġulna minna l-potenzjal tagħna.” Qis li tfassal xi għanijiet f’ żewġ oqsma jew tliet oqsma differenti ta’ ħajtek, bħal per eżempju, is-saħħa fiżika, is-saħħa spiritwali u l-ħbiberija. X’ suċċessi tixtieq li jkollok f’ dawn l-oqsma din is-sena? Filwaqt li, bl-għajnuna tat-talb, inti qed taħseb dwar xi għanijiet, ara li jkunu realistiċi iżda li jwassluk ukoll sabiex tiżviluppa. Fid-djarju tiegħek, iddeskrivi l-għanijiet tiegħek fid-dettall sabiex inti tkun kapaċi tara l-progress tiegħek wara li tkun għaddiet sena.