Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Jannar 2014
Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: Eżemplari
Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja u tal-missjoni tas-Salvatur jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni żur reliefsociety.lds.org.
Hekk kif nifhmu li Ġesù Kristu huwa l-eżempju tagħna f’ kollox, aħna nistgħu nkabbru x-xewqa tagħna li nimxu warajh. L-iskrittura mimlija b’ inkuraġġiment għalina sabiex nimxu wara l-passi ta’ Kristu. Lin-Nefiti, Kristu qalilhom, “Għax dak li rajtuni nagħmel hekk ukoll għandkom tagħmlu intom” (3 Nephi 27:21). Lil Tumas, Ġesù qallu, “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja: ħadd ma jmur għand il-missier jekk mhux permezz tiegħi” (Ġwanni 14:6).
Illum il-mexxejja tagħna jfakkruna sabiex inħallu lis-Salvatur ikun l-eżempju tagħna. Linda K. Burton, il-president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet, “Meta lkoll kemm aħna jkollna d-duttrina tal-Att tal-Fidwa minquxa fil-fond ta’ qalbna, imbagħad nibdew insiru t-tip ta’ bnedmin li jridna nsiru l-Mulej.”1
Il-President Thomas S. Monson qal, “Il-Mulej u s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, huwa l-Eżemplari tagħna u l-qawwa tagħna.”2
Ejjew niddeċiedu li nersqu viċin Ġesù Kristu, nobdu l-kmandamenti Tiegħu u nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex nerġgħu lura għand Missierna tas-Smewwiet.
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
“Huwa fassal il-mogħdija u wriena t-triq,” kitbet Eliza R. Snow, it-tieni president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, dwar il-ministeru mortali ta’ Ġesù Kristu. 3 Huwa amministra lill-bnedmin—wieħed, wieħed. Huwa għallem li għandna nħallu lid-disgħa u disgħin sabiex insalvaw lil dak il-wieħed li qabad it-triq żbaljata (ara Luqa 15:3–7). Huwa fejjaq u għallem lill-bnedmin individwalment, saħansitra ddedika ħin għal kull persuna f’ folla ta’ 2,500 ruħ (ara 3 Nephi 11:13–15; 17:25).
Dwar in-Nisa Qaddisin tal-Aħħar Jiem, il-President Dieter F. Uchtdorf, it-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal hekk: “Intom ja nisa meraviljużi, tagħtu servizz kompassjonali lill-oħrajn għal raġunijiet ferm akbar milli biex tapprofittaw ruħkom personalment. F’ dan intom tixbhu lis-Salvatur. . Ħsibijietu dejjem kienu ffokati li jgħin lil ħaddieħor.”4
© 2014 by Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/13. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/13. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, January 2014. Maltese. 10861 159