2014
Tweġiba għal Talbha
Marzu 2014


Żgħażagħ

Tweġiba għal Talbha

L-awtriċi tgħix f’Gauteng, l-Afrika t’Isfel.

Lejla waħda ġiet iżżurni ħabiba ta’ reliġjon differenti. Normalment jiena noqgħod nistudja l-iskrittura waħdi, u dik il-lejla kont diġà ħriġtha biex nibda nistudjaha. Ħassejt xi ħaġa tgħidli li kelli nistedinha sabiex tistudja l-iskrittura miegħi, iżda bżajt u minflok bdejt nistudja waħdi. Kont naf li jien kont injorajt dak li kien issuġġerieli l-Ispirtu. Wara ftit minuti, b’ċerta kawtela, staqsejtha, “Trid tistudja l-iskrittura miegħi?” Mingħajr ma qagħdet taħsibha ħabibti wieġbet, “Iva.”

Imbagħad bdejna naqraw mill-Ktieb ta’ Mormon. Hija staqietni xi mistoqsijiet, u hekk kif weġibtha, jiena stajt inħoss l-Ispirtu jiggwidani. Jiena qsamt it-testimonjanza tiegħi dwar il-verità tal-Ktieb ta’Mormon. Wara li għamilt dan, hija qaltli, “Ili ġurnata sħiħa beżgħana u nibki waħdi. Meta inti tlabtni sabiex naqra l-iskrittura miegħek kont għadni kif tlabt l’Alla jgħinni. Issa nħossni ferm aħjar. Grazzi.”

Il-Mulej użani bħala strument biex Huwa jwieġeb talba u jaqdi waħda minn uliedu li kienet fil-bżonn. Jiena naf li dawn is-suġġerimenti huma struzzjonijiet divini minn Missier għaqli u glorjuż. Meta nħallu fil-ġenb il-biżgħat tagħna, aħna nkunu qed nagħtuh ċans juri l-qawwa Tiegħu permezz tal-ubbidjenza tagħna.

Ipprintja