2014
Il-Missjoni Divina ta’Ġesù Kristu: Id-Dawl tad-Dinja
Marzu 2014


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Marzu 2014

Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: Id-Dawl tad-Dinja

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja u tal-missjoni tas-Salvatur jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? “Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Hekk kif nibdew nifhmu li Ġesù Kristu huwa d-Dawl tad-Dinja, aħna nkabbru l-fidi tagħna fih u nsiru dawl għal ħaddieħor. Kristu xehed dwar l-irwol Tiegħu bħala “il-vera dawl li jdawwal lil kull bniedem li jiġi fid-dinja” (D&C 93:2) u talab li aħna “nżommu fil-għoli d-dawl [Tiegħu] ħalli jkun jista’ jdawwal id-dinja” (3 Nephi 18:24).

Il-profeti tagħna xehdu wkoll dwar id-Dawl ta’ Kristu. Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal hekk: “Kull darba li tagħżlu sabiex tippruvaw tgħixu bħas-Salvatur, intom issaħħu t-testimonjanza tagħkom. Taslu f’punt li intom stess ssiru tafu li Huwa verament id-Dawl tad-Dinja. … Intom tirriflettu d-Dawl ta’ Kristu f’ ħajjitkom fuq ħaddieħor.”1

Il-Presbiteru Quentin L. Dwar l-importanza li aħna nkunu dawl lid-dinja, Cook tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal dan: “Irridu nipproteġu lill-familji tagħna u nkunu fuq quddiem nett, flimkien man-nies kollha ta’ rieda tajba, li nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex nippreservaw id-dawl, it-tama u l-moralità fil-komunitajiet tagħna.”2

Mill-Iskrittura

Ġwanni 8:12; Doctrine and Covenants 50:24; 115:5

Mill-Istorja Tagħna

Illum in-nisa Qaddisin tal-Aħħar Jiem qed ikomplu jżommu fil-għoli id-dawl tagħhom.

Fit-80 sular ta’ bini ferm għoli ġewwa Hong Kong, iċ-Ċina, waħda minn ħutna, mara single b’ diżabiltà fiżika—l-unika Qaddisa tal-Aħħar Jiem fil-familja tagħha—għamlet minn darha refuġju li fih kemm hi kif ukoll dawk li jżuruha jħossu l-influwenza tal-Ispirtu. Hija kienet iżżomm l-iskrittura tagħha, il-manwali tagħha tas-Soċjetà tal-Għajnuna u l-ktieb tal-innijiet tagħha dejjem fejn tkun tista’ tilħaqhom. Hija marret it-tempju biex twettaq l-ordinanzi għall-antenati tagħha.3

Ġewwa l-Brażil, waħda omm twajba rabbiet lil uliedha fid-dawl tal-evanġelju. L-għanjiet tal-Primarja jidwu madwar id-dar tagħha mibnija minn briks aħmar, u l-ħitan mimlijin stampi mil- Liahona ta’ tempji, profeti ta’ Alla u tas-Salvatur. Hi u żewġha ssagrifikaw ferm sabiex ġew issiġillati ġewwa t-tempju ħalli wliedhom jkunu jistgħu jitwieldu fil-patt. It-talba kostanti tagħha kienet li l-Mulej jgħinha trabbi lil uliedha fid-dawl, fil-verità u fil-qawwa tal-evanġelju.4

Noti

  1. Henry B. Eyring, “A Living Testimony,” Ensign jew Liahona, Mejju 2011, 128.

  2. Quentin L. Cook, “Let There Be Light!” Ensign jew Liahona, Nov. 2010, 30.

  3. Ara Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 163–64.

  4. Ara Daughters in My Kingdom, 164.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Iddiskuti x’ ifisser li llum inti tkun dawl tad-dinja.

  2. Xtarr dwar kif meta inti timxi wara d-dawl ta’ Kristu inti ssib għajnuna sabiex tiffaċċja l-isfidi tiegħek fil-ħajja.