Żgħażagħ
Il-Konferenza u Jiena
L-awtriċi tgħix f’ Toronto, il-Kanada.
Jiena qabel kont inħares lejn il-konferenza ġenerali bħala tmiem il-ġimgħa twil li diffiċli tissaportih, iżda aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, aktar sirt inħobbha u nistennieha. It-tmiem il-ġimgħa li fih issir il-konferenza ġenerali jista’ jwassal biex lilna jerġa’ jiċċarġjana spiritwalment, iżda facilment nibdew nibirdu xi ftit minn dawn is-sentiment meta t-Tnejn filgħodu nerġgħu lura għall-ħajja normali tagħna. Xi wħud minn dawn l-ideat li ġejjin għenuni nkompli niggwadanja kemm jista’ jkun mill-konferenza.
Jiena nħejji lili nnifsi għall-konferenza billi nniżżel fuq biċċa karta xi mistoqsijiet li jkolli, u mbagħad nikteb in-noti hekk kif dawn il-mistoqsijiet jiġu mwieġba. Wara, inħobb inniżżel id-diskorsi u l-mużika tal-konferenza minn LDS.org u npoġġihom fuq l-MP3 plejer ħalli nkun nista’ nisma’ xi diskors jew għanja hekk kif inkun ninsab għaddejja bix-xogħol tiegħi ta’ kuljum. Inħobb ukoll nistudja l-ħarġa tal-konferenza tal- Liahona. Jiena nimmarka u nniżżel in-notamenti fil-kopja personali tiegħi. Sakemm jasal iż-żmien għal konferenza oħra, nista’ ngħid li r-rivista tiegħi nkun użajtha waħda u sew. Xi kultant aħna nistudjaw il-messaġġi flimkien bħala familja fil-lejla d-dar għall-familja.
Irridu nagħmlu l-almu tagħna biex jibqa’ jgħammar magħna l-ispirtu li nħossu waqt il-konferenza u biex aħna nkomplu nitgħallmu mill-messaġġi, iżda kemm ili naghmel dan jiena ksibt barkiet kbar. Ksibt qawwa kbira u ħassejtni niġi gwidata meta l-aktar kelli bżonn hekk kif jien studjajt il-messaġġi mill-konferenza ġenerali, u jiena naf li dawn il-messaġġi huma spirati.