Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, April 2014
Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: Salvatur u Feddej
Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja u tal-missjoni tas-Salvatur jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni żur reliefsociety.lds.org.
Fost it-titli l-aktar sinifikanti li jiddeskrivu lil Ġesù Kristu hemm it-titlu ta’ Feddej,” qal il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Tifdi tfisser li tħallas lura xi obbligu jew dejn. Tifdi tfisser ukoll li ssalva jew tagħti l-ħelsien lil xi ħadd billi tħallas somma flus. … Kull waħda minn dawn it-tifsiriet tissuġġerixxi aspett differenti tal-Fidwa kbira mwettqa minn Ġesù Kristu permezz tal-Att tal-Fidwa Tiegħu, li tinkludi fiha, skont il-kliem tad-dizzjunarju, “li teħles mid-dnub u mill-penali tiegħu, permezz ta’ sagrifiċċju f’ isem il-midneb.”1
Linda K. Burton, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet: “Missierna tas-Smewwiet … bagħat lill-Uniku Iben Imnissel u perfett Tiegħu sabiex isofri għal dnubietna, għall-uġigħ ta’ qalb tagħna, u għal kull ħaġa li tidher inġusta fil-ħajja individwali tagħna.
“… Waħda mara li għaddiet minn snin twal ta’ sfidi u niket qalet bid-dmugħ ħiereġ minn għajnejha, ‘Wasalt biex irrealizzajt li jiena qisni xi karta ta’ 20 dollaru qadima—imqatta’, maħmuġa, abbużata, u mmarkata. Iżda … il-valur tiegħi xorta baqa’ ta’ 20 dollaru.’ Din il-mara taf li hi … kellha valur biżżejjed quddiem [Alla] li bagħat lil Ibnu biex ipatti għal dnubietha, b’ mod individwali. Kull oħt fil-Knisja għandha tkun taf dak li taf din il-mara.”2
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
It-Testment il-Ġdid jinkludi fih rakkonti ta’ nisa, li eżerċitaw il-fidi tagħhom f’ Ġesù Kristu, li tgħallmu u għexu t-tagħlim Tiegħu, u li taw xhieda tal-ministeru, tal-mirakli, u tal-majestà Tiegħu.
Lill-mara ħdejn il-bir Ġesù qalilha:
“Kull min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx; iżda l-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem.
“Qaltlu l-mara, Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx.
“Jiena naf li ġej il-Messija, … meta jiġi hu, kollox iħabbrilna.
“Qalilha Ġesù: Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek.”
Hi “ħalliet il-ġarra hemmhekk” u marret tagħti xhieda tiegħu fil-belt. (Ara Ġwanni 4:6–30.)
© 2014 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/13. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/13. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, April 2014. Maltese. 10864 159