2015
Kunsill għal Għażliet Diffiċli
Jannar 2015


Żgħażagħ

Kunsill għal Għażliet Diffiċli

Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, tkellem dwar żmien meta huwa mexa wara kunsill profetiku. Matul waħda mill-konferenzi ġenerali, il-President Ezra Taft Benson (1899–1994) talab lill-membri sabiex jeħilsu mid-dejn—speċifikament id-dejn minħabba propjetà.

Il-President Eyring qal: “Jiena dort fuq marti wara l-laqgħa u staqsejtha, ’Taħseb li hemm xi mod kif nistgħu nagħmlu dan?’ Għall-ewwel ma stajna naħsbu f’ xejn.” Iżda sa filgħaxija ġiet f’ moħħu propjetà illi kienu ilhom snin twal jippruvaw ibigħuha. “Aħna afdajna f’ Alla u … fil-messaġġ tal-qaddej Tiegħu, għalhekk għamilna telefonata. … Irċevejt tweġiba li sal-lum għadha ssaħħaħ il-fiduċja tiegħi f’ Alla u fil-qaddejja Tiegħu.” Dak inhar stess wieħed raġel għamel offerta għall-propjetà tal-familja Eyring għal valur ftit aktar mid-dejn li kellhom fuq il-post tagħhom. Il-familja Eyring ma damux ma ħelsu mid-dejn (ara “Trust in God, Then Go and Do,” Liahona, Nov. 2010, 72–73).

Jaf m’ għandkom l-ebda dejn fuq post xi tħallsu, iżda l-kunsill profetiku jista’ jiggwidakom fil-mument opportun waqt xi deċiżjonijiet diffiċli dwar ix-xogħol, l-edukazzjoni, il-missjoni u namrar. Iddiskutu mal-familja tagħkom jew ma’ sħabkom kif tistgħu timxu wara l-profeta meta jkollkom tieħdu xi deċiżjoni.

Ipprintja