2015
Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Iben Ubbidjenti
Jannar 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Jannar 2015

Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Iben Ubbidjenti

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja u l-irwol tas-Salvatur jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Aħna nkabbru l-fidi tagħna f’ Ġesù Kristu jekk nimxu wara l-eżempju Tiegħu tal-ubbidjenza. “Mhix ħaġa ta’ skantament” qal il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, “kif Kristu għażel l-ewwel u qabel kollox li jiddefinixxi lilu nnifsu fir-relazzjoni Tiegħu ma’ missieru—li huwa ħabbu u obdieh u ssottometta ruħu għalih bħala l-iben leali li huwa kien? … L-ubbidjenza hija l-ewwel liġi tas-smewwiet.”1

L-iskrittura tgħallem li “meta niksbu xi barka mingħand Alla, din niksbuha permezz tal-ubbidjenza lejn dik il-liġi li hi marbuta magħha”(D&C 130:21). It-tkabbir spiritwali tagħna jseħħ hekk kif nersqu viċin Alla permezz tal-ubbidjenza u nistiednu l-qawwa tal-Att tal-Fidwa tas-Salvatur f’ ħajjitna.

“Hekk kif nimxu, b’ mod ubbidjenti mal-prinċipji u l-kmandamenti tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu,” qal il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, “aħna ngawdu nixxiegħa kontinwa ta’ barkiet imwiegħda lilna minn Alla fil-patt Tiegħu magħna. Dawk il-barkiet jipprovdu r-riżorsi li neħtieġu biex naġixxu minflok sempliċiment inħallu li l-affarijiet jaġixxu fuqna tul ħajjitna. … L-ubbidjenza tagħtina kontroll akbar fuq ħajjitna, kapaċità akbar li nibqgħu għaddejjin, li naħdmu u noħolqu.”2

Skrittura Addizzjonali

Luqa 22:41–46; Doctrine and Covenants 82:10; 93:28

Mill-Iskrittura

“Jista’ jkun li l-qawwa spiritwali li tirriżulta minn ubbidjenza konsistenti lejn il-kmandamenti ngħadduha lil persuna oħra?” staqsa l-Presbiteru David A. Bednar tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “It-tweġiba hija ċara … le.”3

Il-parabbola tal-għaxar xebbiet verġni hija eżempju ta’ dan il-prinċipju. Filwaqt li n-nisa verġni kollha ħadu magħhom l-imsiebaħ tagħhom biex “jilqgħu l-għarus,” ħamsa biss kienu għaqlin u ħadu magħhom iż-żejt fl-imsiebaħ tagħhom. Il-ħamsa l-oħra kienu boloh peress li ma “ħadux żejt magħhom.”

Imbagħad f’ nofs ta’ lejl instama’ min jgħajjat: “Ara l-għarus; oħorġu ilqgħuh.” Ix-xebbiet verġni ħejjew l-imsiebaħ tagħhom, iżda l-verġni boloh ma kellhomx żejt. Huma qalu lill-verġni għaqlin, ’Agħtuna ftit żejt minn tagħkom; għax l-imsiebaħ tagħna qed jintfew.”

Il-verġni għaqlin wieġbu, ’Għandu mnejn ma jibqax biżżejjed, la għalina u lanqas għalikom: morru … u ixtru għalikom.“U meta l-verġni boloh telqu, wasal l-għarus u l-verġni għaqlin marru miegħu u “l-bieb ingħalaq”

(Mattew 25:1-13).

Noti

  1. Jeffrey R. Holland, “The Will of the Father in All Things” (Brigham Young University devotional, Jan. 17, 1989), 4, speeches.byu.edu.

  2. D. Todd Christofferson, “The Power of Covenants,” Liahona, Mejju 2009, 21.

  3. David A. Bednar, “Converted unto the Lord,” Liahona, Nov. 2012, 109.

Ikkunsidraw Dan

X’inhuma wħud mill-eżempji ta’ ubbidjenza fl-iskrittura?

Ipprintja