2015
Imxu Wara l-Profeti
Jannar 2015


Messaġġ tal-Ewwel Presidenza, Jannar 2015

Imxu wara l-Profeti

Immaġni
Il-President Thomas S. Monson

Meta t-Tieni Gwerra Dinjija kienet qed toqrob lejn tmiemha, jiena kont qed inservi fin-nejvi tal-Istati Uniti. Kont baħri, l-inqas grad possibbli fin-nejvi. Imbagħad ikkwalifikajt bħala Baħri tal-Ewwel Klassi, u wara kkwalifikajt bħala Marixxall tat-Tielet Klassi.

Intemmet it-Tieni Gwerra Dinjija u jiena wara ftit ġejt illiċenzjat. Iżda jiena ħadt deċiżjoni li, li kieku qatt kelli mmur lura fil-militar, ridt inservi bħala uffiċjal ikkummissjonat. Għidt, “Daqshekk kċejjen maħmuġin għalija, daqshekk innaddaf il-kabini, jekk nista’ nevitahom.”

Wara li ġejt illiċenzjat, jiena ngħaqadt mar-Riserva Navali tal-Istati Uniti. Kont immur għat-taħriġ militari kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija. Studjajt ħafna biex forsi nikkwalifika b’ mod akkademiku. Qgħadt għal kull eżami immaġinabbli: mentali, fiżiku u emozzjonali. Finalment, irċevejt l-aħbar sabiħa: “Inti ġejt aċċettat biex tirċievi il-kummissjoni ta’ ensajn fir-Riserva Navali tal-Istati Uniti.

B’ ferħ kbir urejtha lil marti, Frances, u hija qaltli, “Irnexxielek! Irnexxielek!” Hija għannqitni magħha u qaltli, “Inti ħdimt ħafna biex tikseb dan.”

Iżda mbagħad ġrat xi ħaġa. Ġejt imsejjaħ bħala kunsillier fil-veskovat tal-qasam tiegħi. Il-laqgħa tal-kunsill tal-isqof kienet fl-istess lejla li fiha kien se jkolli l-laqgħa tat-taħriġ militari tiegħi. Kont naf li dan kien kunflitt xejn sabiħ. Kont naf li ma kellix ħin biex inwettaq id-doveri tiegħi fir-Riserva Navali u fil-veskovat. Xi stajt nagħmel? Kelli nieħu deċiżjoni.

Tlabt dwarha. Imbagħad mort inżur lil dak li kien il-president tal-wited tiegħi meta kont għadni tifel, il-Presbiteru Harold B. Lee (1899–1973), li dak iż-żmien kien fil-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. Poġġejt bilqiegħda mal-mejda quddiemu. Jiena għidtlu kemm kienet għal qalbi l-kummissjoni. Fil-fatt, urejtu kopja tal-ittra tal-ħatra li kont irċevejt.

Wara li xtarr ftit il-kwistjoni kollha, huwa qalli, “Taf x’ missek tagħmel, Brother Monson. Ikteb ittra lid-Dipartiment tal-Ħwejjeġ Navali u għidilhom li minħabba s-sejħa tiegħek bħala membru tal-veskovat, inti ma tistax taċċetta l-kummissjoni fir-Riserva Navali tal-Istati Uniti.

Ħadt xokk kbir. Huwa kompla, “Imbagħad ikteb lill-kmandant tat-Tnax-il Distrett Navali f’ San Francisco u għidlu li tixtieq tiġi lliċenzjat mir-riserva.”

Jiena weġibtu, “Presbiteru Lee, inti ma tifhimx kif jaħdmu l-militar. M’hemmx dubju li huma jirrifjutaw li jagħtuni dik il-kummissjoni jekk jiena nirrifjuta li naċċettaha, iżda t-Tnax-il Distrett Navali mhux se jilliċenzjawni. B’ gwerra tinħema fil-Korea, uffiċjal mhux kummissjonat żgur li se jiġi msejjaħ. Jekk jerġgħu jsejħuli, nippreferi mmur lura bħala uffiċjal ikkummissjonat, iżda żgur li ma jkunx hekk jekk jiena ma naċċettax din il-kummissjoni. Inti żgur li dan huwa l-kunsill li tridni nirċievi?”

Il-Presbiteru Lee qiegħed idu fuq spallti u b’ imħabba ta’ missier qalli, “Brother Monson, hemm bżonn ikollok aktar fidi. Il-ħajja fil-militar mhux għalik.”

U mort lura d-dar. Poġġejt id-dokument tal-kummissjoni mxarrab bid-dmugħ lura fl-envelop flimkien mal-ittra li kien hemm miegħu u ddeċidejt li ma naċċettax. Imbagħad ktibt ittra lit-Tnax-il Distrett Navali u tlabthom sabiex jilliċenzjawni mir-Riserva Navali.

Il-liċenzjar tiegħi mir-Riserva Navali kienet fl-aħħar grupp li ġie pproċessat qabel faqqgħet il-Gwerra fil-Korea. Ir-riżenja tiegħi ġiet aċċettata mid-dipartiment. Sitt ġimgħat wara li ġejt imsejjaħ biex inkun kunsillier fil-veskovat, ġejt imsejjaħ biex inkun l-isqof tal-qasam tiegħi.

Kieku żgur li m’għandix il-pożizzjoni li għandi llum fil-Knisja li kieku ma mxejtx wara l-kunsill ta’ profeta, li kieku ma tlabtx dwar dik id-deċiżjoni, li kieku ma tgħallimtx napprezza verità mill-aktar importanti: l-għerf ta’ Alla ħafna drabi jidher bħala bluha għall-bnedmin.1 Iżda l-akbar lezzjoni li qatt nistgħu nitgħallmu fil-mortalità hi li meta Alla jitkellem u wliedu jobdu, huma qatt ma jistgħu jiżbaljaw.

Jingħad li l-istorja ddur fuq ċappetti żgħar, u l-istess ħajjitna. Id-deċiżjonijiet jiddeterminaw destin. Iżda aħna ma tħallejniex weħidna fid-deċiżjonijiet tagħna.

Jekk tridu taraw id-dawl tas-sema, jekk tridu tħossu l-ispirazzjoni ta’ Alla s-Setgħan, jekk tridu jkollkom dak is-sentiment ġewwa fikom li Missierna tas-Smewwiet qed jiggwidakom, mela imxu wara l-profeti ta’ Alla. Meta timxu wara l-profeti, intom tkunu dejjem f’ territorju mingħajr periklu.

Tagħlim minn dan il-Messaġġ

Ftit huma l-membri tal-Knisja li jkunu wiċċ imb’ wiċċ ma’ Appostlu sabiex jirċievu kunsill mingħandu, kif kien il-President Monson. Iżda xorta waħda nistgħu nitbierku jekk aħna nimxu wara t-tagħlim tal-profeti u l-appostli. Ikkunsidraw li taqraw l-indirizz tal-President Monson mill-aħħar konferenza ġenerali (tinsewx ukoll il-kummenti tal-ftuħ u l-għeluq tiegħu). Fittxu xi direzzjoni speċifika jew sejħa biex taġixxu. Tistgħu tiddiskutu dak li titgħallmu ma’ dawk li intom iżżuru u kkunsidraw modi kif tistgħu tapplikaw il-kunsill tal-President Monson.

Ipprintja