2015
Magħquda għall-Eternità mal-Familja Tiegħi
Ġunju 2015


Żgħażagħ

Magħquda għall-Eternità mal-Familja Tiegħi

L-awtriċi tgħix f’ Utah, l-Istati Uniti.

Meta ta’ tliet snin jiena ġejt adottata, l-omm naturali tiegħi rat li l-adozzjoni tiġi ffinalizzata biss jekk il-ġenituri tiegħi jaqblu li l-ordinanzi tiegħi tal-Knisja jitwettqu wara li jiena nagħlaq 12-il sena. Hija ħasbet li jiena kelli nkun kbira biżżejjed biex inkun jien stess li nagħmel din l-għażla, iżda kienet ħaġa mill-aktar diffiċli li nibqa’ nistenna.

Iva, kien diffiċli nara ħafna minn sħabi jitgħammdu meta jagħlqu t-tmien snin, iżda l-aktar ħaġa diffiċli kienet li kont naf li jiena ma stajtx niġi ssiġillata mal-ġenituri adottivi tiegħi u mal-ħames ħuti akbar minni qabel ma jiena nkun għalaqt it-12-il sena. Kont bdejt nibża’ li setgħet tiġrili xi ħaġa u ma nkunx nista’ niġi ssiġillata magħhom.

Hekk kif beda riesaq għeluq it-12-il sena tiegħi, aħna bdejna nippjanaw għall-magħmudija tiegħi u li niġi ssiġillata mal-familja tiegħi. Il-ġenituri tiegħi ħallewni nagħżel liema tempju kellna niġu ssiġillati fih. L-isbaħ wieħed għalija minn dejjem kien it-Tempju ta’ San Diego f’ Kalifornja, għalhekk il-membri tal-familja kollha tiegħi qablu li nsuqu sa Kalifornja biex niġu ssiġillati hemmhekk.

Kont fuq ix-xwiek biex insir parti minn familja eterna flimkien mal-ġenituri tiegħi u ħuti. Matul is-siġill tiegħi, jiena ħassejt l-Ispirtu b’ tant qawwa li diffiċli niddeskriviha. Issa li finalment ninsab issiġillata mal-familja tiegħi, is-sentimenti tiegħi ta’ nkwiet inbidlu f’ sentimenti ta’ faraġ u paċi, għax naf li issa jiena magħquda għall-eternità magħhom.

Ipprintja