2015
Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Virtuż
Ġunju 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ġunju 2015

Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Virtuż

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-kwalitajiet divini tas-Salvatur ikabbar il-fidi tiegħek fih u jbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Ħallu ħsibijietkom jiġu ddominati mill-virtù kontinwament; imbagħad timtlew b’kunfidenza kbira quddiem Alla; u d-duttrina tas-saċerdozju tinżel fuq ruħkom bħan-nida mis-sema. L-Ispirtu s-Santu ikun is-sieħeb kostanti tagħkom” (D&C 121:45–46).

Ħafna minna aħna familjari ma’ din l-iskrittura, iżda x’inhi virtù? Virtù hija “mera ta’ ħsieb u mġieba bbażati fuq morali ogħla.”1 “Il-kelma tal-għeruq Latina virtus tfisser saħħa.”2 Il-President James E. Faust (1920–2007) qal: “Il-virtù fil-veru sens tiġbor fiha l-karatteristiċi kollha tas-sewwa li jgħinuna niffurmaw il-karattru tagħna.”3 Il-President Gordon B. Hinckley (1910–2008) żied: “L-imħabba ta’ Alla hija l-għeruq ta’ kull virtù.”4

Sister Elaine S. Dalton, li kienet il-president ġenerali tat-Tfajliet, għallmet: “Il-Mulej qal lil kull waħda minn uliedu n-nisa, intom u jiena, sabiex ’nimxu fit-triq tal-virtù’ (D&C 25:2). Intom mhux ħlejjaq komuni. Intom mhux ħlejjaq ordinarji. Intom ulied Alla.”5

Hekk kif nuru x-xewqa li nsiru aktar bħal Kristu—li jippossedi l-virtujiet kollha fil-milja tagħhom—aħna niżviluppaw mudell tas-sewwa li jsaħħaħna.

Skrittura Addizzjonali

Proverbji 31:10; Luqa 8:46; Filippin 4:8; 2 Pietru1:3–5

Mill-Iskrittura

“Il-virtù hija prerekwiżit biex wieħed jidħol fit-tempji mqaddsa tal-Mulej u jirċievi l-gwida tal-Ispirtu,” qalet Sister Dalton.6

Aħna nistgħu naraw kif il-virtù tista’ tagħmel dan possibli għalina hekk kif aħna nistudjaw il-ħajja ta’ Anna, waħda armla li ma kienet titwarrab qatt mit-tempju, lejl u nhar taqdi lil Alla fis-sawm u t-talb” (Luqa 2:37). Hija kienet tistenna l-mument tal-miġja ta’ Kristu. Meta hija kellha 84 sena, Ġużeppi u Marija “daħlu bit-tarbija Ġesù” fit-tempju, u Xmun qal lill-Marija, “Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’ Iżrael.” Meta Anna rat dan, hija “dak il-ħin stess bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem fuq it-tarbija ma’ dawk kollha li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalemm” (Luqa 2:27, 34, 38).

Anna żviluppat mudell ta’ virtù. Minħabba l-fedeltà devota tagħha, hija kienet kapaċi tagħraf lis-Salvatur u tipprofetizza dwar il-fidwa Tiegħu meta Marija u Ġużeppi ġabu t-tarbija fit-tempju.

Noti

  1. Preach My Gospel: A Guide to Missionary Service (2004), 118.

  2. Elaine S. Dalton, “A Return to Virtue,” Liahona, Nov. 2008, 79.

  3. James E. Faust, “The Virtues of Righteous Daughters of God,” Liahona, Mejju 2003, 108.

  4. Gordon B. Hinckley, “Excerpts from Recent Addresses of President Gordon B. Hinckley,” Ensign, Apr. 1996, 73.

  5. Elaine S. Dalton, “Come Let Us Go Up to the Mountain of the Lord,” Liahona, Mejju 2009, 121.

  6. Elaine S. Dalton, “A Return to Virtue,” 79.

Ikkunsidra Dan

Il-virtù kif tqawwina u ssaħħaħna?

Ipprintja