2016
Pedament għat-Testimonjanza Tiegħi
Frar 2016


Żgħażagħ

Pedament għat-Testimonjanza Tiegħi

L-awtriċi tgħix f’ Idaho, l-Istati Uniti.

Meta jiena kelli 16, ġiet tarani d-dar waħda ħabiba tiegħi flimkien mal-missjunarji. Wara li għadda xahar mill-ewwel diskussjoni, it-tweġibiet kollha li jien kelli kienu ġew imwieġba bl-aktar mod ċar. Jiena ħassejt l-Ispirtu s-Santu jixhed dwar il-verità tal-messaġġi dwar ir-Restawrazzjoni. Kienet xi ħaġa differenti minn kull ħaġa li qatt ħassejt qabel, u kont naf li dan kollu kien veru.

Madankollu, jiena spiċċajt imwarrba u esperjenzajt oppożizzjoni aktar minn qatt qabel. Ħassejtni waħdi, għajjiena u konfuża. Jekk jiena kont qed nagħmel dak li kien xieraq, għalfejn kont qed inħabbat wiċċi ma’ daqstant avversità? Ma stajtx nifhem kif l-isfidi li kont għaddej minnhom qatt setgħu kienu għall-aħjar tiegħi. Il-missjunarji għallmuni biex insum u nitlob, anke f’ nofs jum tal-iskola. Meta l-affarijiet li bdejt niffaċċja quddiemi ma stajtx niflaħhom aktar, jiena bdejt niftaħ qalbi permezz tat-talb u immedjatament inħoss fija l-faraġ tal-Ispirtu.

Il-ġimgħa tal-magħmudija tiegħi kienet mimlija sfidi. L-imgħallem tiegħi heddidni li jkeċċini jekk jiena kont se mmur nitgħammed minflok ma nidħol naħdem flok xi ħadd ieħor, spiċċajt ukoll l-isptar għax kelli l-ġebla fil-kliewi u l-ġenituri tiegħi talbuni biex nitlaq ’il barra mid-dar tagħna. B’ daqstant ħwejjeġ kontra tiegħi, l-unika ħaġa li stajt nagħmel kienet li ndur lejn il-Mulej.

Kull waħda minn dawk l-isfidi spiċċat biex finalment kienet għall-aħjar tiegħi. Għenuni nitgħallem dwar id-duttrina tal-evanġelju, li pprovdietli pedament għat-testimonjanza tiegħi.

Ipprintja