2016
Iż-Żwieġ Hu Ordnat minn Alla
Frar 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Frar 2016

Iż-Żwieġ Hu Ordnat minn Alla

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Jekk intom tifhmu aħjar “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ jwassal biex intom tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Il-profeti, l-appostli u l-mexxejja jkomplu “b’ mod solenni jiddikjaraw li ż-żwieġ bejn raġel u mara hu ordnat minn Alla u li l-familja hija fil-qalba tal-pjan tal-Kreatur.”1

Il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal: “Familja mibnija fuq żwieġ ta’ bejn raġel u mara tissupplixxi l-aqwa ambjent biex fih jiżviluppa l-pjan ta’ Alla. …

“… La aħna u l-ebda bniedem mortali ieħor ma jista’ jibdel din l-ordni divina taż-żwieġ.”2

Bonnie L. Oscarson, president ġenerali tat-Tfajliet, qalet: “Kull persuna, hi x’inhi ċ-ċirkustanza tagħha fiż-żwieġ jew għandha kemm għandha tfal, tista’ tkun difensura tal-pjan tal-Mulej kif deskritt fil-proklamazzjoni tal-familja. Jekk dan huwa l-pjan tal-Mulej, għandu jkun ukoll il-pjan tagħna!”3

Il-Presbiteru Christofferson kompla jgħid: “Xi wħud minnkom tinsabu mċaħħdin mill-barka taż-żwieġ għal ċerti raġunijiet varji fosthom minħabba nuqqas ta’ għażliet xierqa, minħabba attrazzjoni lejn nies tal-istess sess, minħabba xi diżabbiltà fiżika jew mentali, jew sempliċiment minħabba biża’ ta’ falliment. … Jew forsi hemm minnkom li żżewwiġtu, iżda dak iż-żwieġ sfaxxa. … Uħud minnkom li intom miżżewġin ma jistax ikollkom tfal. …

Iżda xorta waħda, … kulħadd jista’ jikkontribwixxi għat-twettiq tal-pjan divin f’ kull ġenerazzjoni.”4

Skrittura Addizzjonali

Ġenesi 2:18–24; 1 Korintin 11:11; Doctrine and Covenants 49:15–17

Stejjer Ħajjin

Brother Larry M. Gibson, li kien l-ewwel kunsillier fil-presidenza ġenerali tal-Ġuvintur, irrakkonta meta Shirley, li issa hija martu, qaltlu:

“‘Jiena nħobbok għaliex naf li inti tħobb lill-Mulej aktar milli tħobb lili.’ …

“Dik it-tweġiba ħassejtha f’ qalbi. …

“… U jiena ridtha li hi dejjem tkun taf li l-imħabba tiegħi lejn il-Mulej tiżboq kull imħabba oħra.”5

Il-Presbiteru David A. Bednar tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu għallem: “Il-Mulej Ġesù Kristu huwa fil-qalba ta’ relazzjoni ta’ żwieġ tal-patt. … Immaġinaw li s-Salvatur jinsab fil-quċċata ta’ trianglu, bil-mara fil-bażi f’ angolu wieħed u r-raġel fil-bażi f’ angolu ieħor. Issa kkunsidraw kif tkun ir-relazzjoni bejn raġel u mara hekk kif b’ mod individwali huma verament ’jersqu lejn Kristu’ u jagħmlu l-almu tagħhom biex ’ikunu pperfezzjonati fih’ (Moroni 10:32). Permezz tal-Feddej, ir-raġel u l-mara jistgħu jersqu aktar viċin xulxin.”6

Noti

  1. “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Liahona, Nov. 2010, 129.

  2. D. Todd Christofferson, “Why Marriage, Why Family,” Liahona, Mejju 2015, 52.

  3. Bonnie L. Oscarson, “Defenders of the Family Proclamation,” Liahona, Mejju 2015, 15.

  4. D. Todd Christofferson, “Why Marriage, Why Family,” 52.

  5. Larry M. Gibson, “Fulfilling Our Eternal Destiny,” Ensign, Fr. 2015, 21–22.

  6. David A. Bednar, “Marriage Is Essential to His Eternal Plan,” Liahona, Ġunju 2006, 54.

Ikkunsidra Dan

Kif qiegħed jiena b’ mod individwali verament nagħmel li nista’ biex “nersaq lejn Kristu“?

Ipprintja