2016
Ulied il-Missier Etern Tagħna.
April 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, April 2016

Ulied il-Missier Etern Tagħna

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Jekk tifhmu aħjar “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ dan iwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Immaġni
Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

L-iskrittura tgħallimna li “aħna nisel ta’ Alla” (Atti 17:29). Alla rrefera għal Emma Smith, mart il-Profeta Joseph Smith, bħala “binti” (D&C 25:1). Il-proklamazzjoni tal-familja tgħallimna li kull waħda minna hi “bint spirtu … maħbuba ta’ ġenituri tas-smewwiet.”1

“Fir-renju primortali, aħna nitgħallmu dwar l-identità femminili,” qalet Carole M. Stephens, l-ewwel kunsilliera fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.

“Il-vjaġġ mortali tagħna fid-dinja ma bidilx dawk il-veritajiet.”2

“Missierkom tas-Smewwiet jaf isimkom u jaf iċ-ċirkustanzi li tinsabu fihom,” qal il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Huwa jisma’ talbkom. Huwa jaf x’ inhuma t-tamiet u x’ inhu l-ħolm tagħkom, fosthom il-biżgħat u l-frustrazzjonijiet tagħkom.”3

“Aħna lkoll nagħmlu parti u aħna meħtieġa fil-familja ta’ Alla,” qalet Sister Stephens. “Il-familji tad-dinja kollha jidhru differenti. U filwaqt li aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex noħolqu familji b’ saħħithom u tradizzjonali, biex xi ħadd jifforma parti mill-familja ta’ Alla ma jiddependix minn dwar x’inhuwa l-istatus tagħna—l-istatus tagħna bħala miżżewġin, l-istatus tagħna bħala ġenituri, l-istatus finanzjarju tagħna, l-istatus soċjali tagħna jew saħansitra x’ tip ta’ status nuru fuq il-midja soċjali.”4

Skrittura Addizzjonali

Ġeremija 1:5; Rumani 8:16; Doctrine and Covenants 76:23–24

Mill-Istorja Tagħna

Fir-rakkont tiegħu tal-Ewwel Viżjoni,5 il-Profeta Joseph Smith ivverifika bosta veritajiet—fosthom li Missierna tas-Smewwiet jafna b’ isimna.

Iż-żagħżugħ Joseph beda jsibha diffiċli jkun jaf ma liema knisja kellu jingħaqad u sab il-gwida f’ Ġakbu 1:5. Joseph ikkonkluda li kellu jistaqsi lil Alla.

F’ għodwa tar-rebbiegħa tas-sena 1820, huwa mar fil-bosk biex jitlob iżda immedjatament inħakem minn ċerta qawwa diabolika. Dwar dan huwa kiteb:

“F’ dak il-mument ta’ biża’ kbir, rajt kolonna ta’ dawl wieqfa eżatt fuq rasi, tiddi aktar mill-qawwa tax-xemx, u bdiet nieżla ’l isfel sakemm niżlet fuqi.

“Ma damx wisq ma deher li jiena kont ġejt meħlus mill-għadu li kien għadu kif ħakimni. Meta d-dawl waqaf madwari jiena rajt żewġ Personaġġi, li d-dija u l-glorja tagħhom ma tistax tiddeskriviha, weqfin fuqi fl-arja. Wieħed minnhom kellimni, sejjaħli b’ ismi u, filwaqt li wera b’ idu lill-ieħor. qal—Dan hu Ibni l-Għażiż. Isimgħu!” (Joseph Smith—History 1:16–17).

Noti

  1. “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Liahona, Nov. 2010, 129.

  2. Carole M. Stephens, “The Family Is of God,” Liahona, Mejju 2015, 11.

  3. Jeffrey R. Holland, “To Young Women,” Liahona, Nov. 2005, 28.

  4. Carole M. Stephens, “The Family Is of God,” 11.

  5. Ara Gospel Topics, “First Vision Accounts,” topics.lds.org.

Ikkunsidra Dan

L-għarfien li għandek li inti bint Alla kif jaffettwa d-deċiżjonijiet tiegħek?

Ipprintja