2016
Missierna tas-Smewwiet Kellimni permezz ta’ Diskors ta’ Konferenza
April 2016


Żgħażagħ

Missierna tas-Smewwiet Kellimni permezz ta’ Diskors ta’ Konferenza

L-awtriċi tgħix ġewwa Sergipe, il-Brażil.

Kelli ċerti dubji dwar x’ kelli nistudja fl-università. Ħafna nies ma kinux jitkellmu b’ mod pożittiv dwar il-kors li ridt nieħu, għalhekk jiena tlabt lill-Mulej biex nara jekk Huwa kienx jaqbel mad-deċiżjoni tiegħi.

It-tweġiba tiegħi ksibtha l-għada waqt li kont qed naqra diskors mill-konferenza ġenerali fil- Liahona. Ħassejt bħallikieku Missierna tas-Smewwiet kien qed jgħidli li huwa ma setax jagħżel għalija—din kienet deċiżjoni li jien stess kelli nagħmel. Kont naf li nagħżel x’ nagħżel, kien se jkolli naħdem iebes biex nirnexxi.

Kont naf li t-talba tiegħi kienet ġiet imwieġba. Il-konferma tal-Ispirtu s-Santu għenitni nieħu deċiżjoni. Tgħallimt li jekk jiena nagħmel l-almu tiegħi Missieri tas-Smewwiet żgur kien se jgħinni.

Ipprintja