2016
Ordinanzi u Patti tat-Tempju
Ġunju 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ġunju 2016

Ordinanzi u Patti tat-Tempju

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif l-għarfien aħjar tal-“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” jista’ jwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Immaġni
Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Flimkien mal-ordinanzi neċessarji kollha għas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni hemm ukoll il-patti li aħna nagħmlu ma’ Alla. “Li nagħmlu u nżommu l-patti jfisser li nagħżlu li norbtu lilna nfusna ma’ Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu,” qalet Linda K. Burton, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.1

Il-Presbiteru Neil L. Andersen tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal, “Il-Mulej qal, ‘Fl-ordinanzi … tidher il-qawwa tad-divinità.’

“Hemm barkiet speċjali minn Alla għal kull persuna denja li titgħammed, tirċievi l-Ispirtu s-Santu u tieħu sehem regolarment fis-sagrament.”2

“Meta l-irġiel u n-nisa jmorru t-tempju,” qal il-Presbiteru M. Russell Ballard tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, “huma t-tnejn jiġu mogħtija l-istess qawwa, li hi l-qawwa tas-saċerdozju …

“… Kull raġel u kull mara għandhom aċċess għal din il-qawwa li tista’ tgħinhom f’ ħajjithom. Dawk kollha li għamlu patti sagri mal-Mulej u li jonoraw dawk il-patti huma eleġibbli li jirċievu r-rivelazzjoni personali, li jkunu mberkin bil-qadi tal-anġli, li jitkellmu ma’ Alla, li jirċievu l-milja tal-evanġelju, u, ultimament, isiru werrieta flimkien ma’ Ġesù Kristu ta’ dak kollu li għandu l-Missier.”3

Skrittura Addizzjonali

1 Nephi 14:14; Doctrine and Covenants 25:13; 97:8; 109:22

Stejjer Ħajjin

Fl-2007, erbat ijiem wara t-terrimot enormi fil-Peru, il-Presbiteru Marcus B. Nash tas-Sebgħin iltaqa’ mal-president tal-fergħa ta’ Wenceslao Conde u mal-mara tiegħu, Pamela. “Il-Presbiteru Nash staqsa lil Sister Conde kif kienu wliedha ċ-ċkejknin. Bi tbissima, hija wieġbet li permezz tat-tjubija ta’ Alla huma kienu jinsabu lkoll tajbin ‘il bogħod mill-periklu. Huwa staqsiehom dwar id-dar tagħhom.

“Hi wieġbet sempliċiment, ‘Inqerdet.’

“… ‘U madankollu,’ innota l-Presbiteru Nash, ‘inti tinsab titbissem waqt li qed nitkellmu.’

“‘Iva,’ qalet hi, ‘jiena tlabt u ninsab fil-paċi. Għandna kull ma neħtieġu. Għandna lil xulxin, għandna lil uliedna, aħna ġejna ssiġillati fit-tempju, għandna din il-Knisja meraviljuża, u għandna lill-Mulej. Nerġgħu nibnu bl-għajnuna tal-Mulej.’ …

“Tgħid x’inhi dik il-ħaġa li meta aħna nagħmlu u nżommu l-patti ma’ Alla tagħtina l-qawwa li nitbissmu minkejja d-diffikultajiet li ngħaddu minnhom, u nibdlu t-tribulazzjoni fi trijonf … ?”

“Is-sors hu Alla. L-aċċess tagħna għal dik il-qawwa huwa permezz tal-patti tagħna miegħu.”4

Noti

  1. Linda K. Burton, “The Power, Joy, and Love of Covenant Keeping,” Liahona, Nov. 2013, 111.

  2. Neil L. Andersen, “Power in the Priesthood,” Liahona, Nov. 2013, 92.

  3. M. Russell Ballard, “Men and Women in the Work of the Lord,” Liahona, Apr. 2014, 48–49.

  4. See D. Todd Christofferson, “The Power of Covenants,” Liahona, Mejju 2009, 19, 20–21.

Ikkunsidraw Dan

L-ordinanzi u l-patti tat-tempju kif isaħħuna u jqawwuna?

Ipprintja