2016
Naqsmu l-Ferħ Etern
Awwissu 2016


Żgħażagħ

Naqsmu l-Ferħ Etern

Waħda mill-aqwa affarijiet dwar l-evanġelju hi l-għarfien tal-pjan tas-salvazzjoni. Aħna għandna l-opportunità mill-isbaħ li nkunu mal-familja tagħna għal dejjem. Dan l-għarfien jgħinna sabiex ikollna t-tama kull meta nħossuna ninħakmu mill-inkwiet tad-dinja. Il-President Eyring jgħallem, “Missierna tas-Smewwiet li tant iħobbna jaf tajjeb x’hemm f’ qalbna. L-għan Tiegħu hu li jagħtina l-ferħ (ara 2 Nephi 2:25). U għalhekk Huwa tana r-rigal ta’ Ibnu biex jagħmel possibbli il-ferħ li nistgħu niksbu permezz ta’ rabta tal-familja li tkompli għal dejjem. … Hija offerta li l-ulied kollha ta’ Alla li jiġu fid-dinja jistgħu jiksbu.

Din il-barka tapplika għal dawk fostna li ninsabu ngħixu bħalissa u għal dawk li għaddew għal ħajja oħra—iżda dan jista’ jkun biss permezz tal-għajnuna tagħna. L-antenati tagħna jinsabu fid-dinja tal-ispirti bħalissa, jistennew biex aħna nħejju isimhom għall-ordinanzi tat-tempju biex jitwettqu f’ isimhom. Iżda xi kultant jaf ikun diffiċli li nagħmlu din il-ħidma għalihom. Nafu jkollna wisq x’ nagħmlu, jew jista’ jkun li noqogħdu wisq ’il bogħod minn xi tempju biex inkunu nistgħu mmorru hemm ta’ spiss.

Bix-xorti t-tajba, hemm modi oħra kif nistgħu ngħinu lill-antenati tagħna, bħal per eżempju nagħmlu l-ħidma tal-istorja tal-familja, nirreġistraw isimhom, jew nieħdu ħsieb it-tfal iż-żgħar tal-ġenituri tagħna sabiex huma jkunu jistgħu jmorru fit-tempju. Meta aħna ngħinu, aħna naqdu lill-Mulej u nwasslu t-tama tal-familji eterni lil dawk li jinsabu fuq in-naħa l-oħra tal-velu.

Ipprintja