2016
Flimkien Nieħdu Ħsieb il-Familji Tagħna
Awwissu 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Awissu 2016

Flimkien Nieħdu Ħsieb il-Familji Tagħna

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li jkollkom għarfien ta’ “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ dan iwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli għalihom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

“Raġel u mara miżżewġin għandhom ir-responsabbiltà solenni li jħobbu u jieħdu ħsieb ta’ xulxin u ta’ wliedhom.”1 “Id-dar għandha tkun laburatorju ta’ mħabba u servizz ta’ Alla,” qal il-President Russell M. Nelson, il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.

“Missierna tas-Smewwiet irid li l-irġiel u n-nisa miżżewġin ikunu fidili lejn xulxin u jirrispettaw u jittrattaw lil uliedhom bħala wirt mill-Mulej.”2

Fil-Ktieb ta’ Mormon, Ġakobb qal li l-imħabba li l-irġiel miżżewġa kellhom għal marthom, l-imħabba li n-nisa miżżewġin kellhom għal żwieġhom, u l-imħabba li t-tnejn li huma kellhom għal uliedhom kienet fost waħda mir-raġunijiet li fi żmien partikolari l-Lamaniti kienu aktar twajbin min-Nefiti (ara Jacob 3:7).

Waħda mill-aħjar modi kif nistiednu l-imħabba u l-armonija fi djarna hi billi nkellmu bil-ħlewwa lill-membri tal-familja tagħna. Id-diskors ħelu jressaq l-Ispirtu s-Santu. Sister Linda K. Burton, il-president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, talbitna nikkunsidraw: “Kemm-il darba, intenzjonalment, aħna ‘intennu kliem ħelu lil xulxin’?”3

Skrittura Addizzjonali

Rumani 12:10; Mosiah 4:15; Doctrine and Covenants 25:5

Stejjer Ħajjin

Il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qasam esperjenza ta’ meta kien tifel li għallmitu dwar l-importanza ta’ familja li taf tħobb. Meta hu u ħutu s-subien kienu għadhom tfal, ommhom għamlet operazzjoni minħabba l-kanċer li kkawżatilha uġigħ li beda jagħmilha diffiċli li hi tuża driegħha tal-lemin. B’ familja magħmula minn subien, kien ikollha ħafna ħwejjeġ x’tgħaddi, iżda waqt li kienet tkun qed tgħaddi, l-omm spiss kienet tmur tibki fil-kamra tas-sodda sakemm jgħaddilha l-uġigħ.

Meta missier il-Presbiteru Christofferson induna x’ kien qed jiġri, huwa bil-moħbi għamel kważi sena nieqes mill-ikel biex ifaddal biżżejjed flus ħalli jixtri magna li kienet tagħmilha aktar faċli biex hija tgħaddi l-ħwejjeġ. Minħabba l-imħabba li kellu lejn martu, huwa ta’ eżempju lil uliedu ta’ kif tieħu ħsieb lill-familja. Dwar din ir-relazzjoni mill-aktar ħelwa, il-Presbiteru Christofferson qal, “Dak iż-żmien ma kontx naf dwar is-sagrifiċċju li kien qed jagħmel missieri u l-att ta’ mħabba tiegħu lejn ommi, iżda issa li naf, ngħid lili nnifsi, ‘Dak raġel tassew.’”4

Noti

  1. “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Liahona, Nov. 2010, 129.

  2. Russell M. Nelson, “Salvation and Exaltation,” Liahona, Mejju 2008, 8.

  3. Linda K. Burton, “We’ll Ascend Together,” Liahona, Mejju 2015, 31.

  4. D. Todd Christofferson, “Let Us Be Men,” Liahona, Nov. 2006, 46.

Ikkunsidra Dan

Kif nistiednu l-Ispirtu fi djarna meta aħna nħobbu u nieħdu ħsieb xulxin?

Ipprintja