2016
Din il-Ġimgħa Intom Kif Tistgħu Tiftakru fis-Salvatur?
Diċembru 2016


Żgħażagħ

Din il-Ġimgħa Intom Kif Tistgħu Tiftakru fis-Salvatur?

Il-President Eyring iħeġġiġna sabiex “nagħżlu li niftakru fih bl-aħjar mod li qalbna tersaq l-aktar viċin Tiegħu.”

Matul il-ġimgħa kif nistgħu “dejjem niftakru fih” (ara D&C 20:77, 79)?

Għandkom xi skrittura favorita dwar is-Salvatur? Kull ġurnata ta’ din il-ġimgħa intom tistgħu timmarkaw skrittura differenti u taqsmuha ma’ xi ħadd.

Meta tħossukom xi ftit dipressi, tkantaw f’ moħħkom intom xi għanja jew xi kanzunetta oħra edifikanti? Forsi din il-ġimgħa tagħżlu waħda li tittratta speċifikament dwar is-Salvatur.

Kull ġimgħa waqt is-sagrament, intom tixtarru dwar il-ħajja u s-sagrifiċċju tat-tpattija tas-Salvatur? Intom tistgħu titħejjew għas-sagrament billi tixtarru ftit dwar l-għażliet li intom għamiltu matul il-ġimgħa biex dejjem tiftakru fis-Salvatur u tindmu mill-mumenti meta sibtuha diffiċli tagħmlu dan.

Titolbu biex kuljum ikollkom opportunità li taqsmu l-evanġelju ma’ ħaddieħor? Din il-ġimgħa ppruvaw li jkollkom diskussjoni tal-evanġelju li tiffoka fuq is-Salvatur. Tistgħu taqsmu t-testimonjanza tagħkom dwar is-Salvatur waqt il-lejla d-dar mal-familja jew titkellmu ma’ xi ħabib fl-iskola dwar xi esperjenza li intom kellkom fil-knisja.

Agħmlu pjan biex din il-ġimgħa intom tiftakru fis-Salvatur b’ mod mill-aktar speċjali. Tkellmu dwar dan il-pjan ma’ xi ħadd mill-ġenituri tagħkom jew minn ħutkom, jew ma’ xi mexxej jew ħabib tagħkom. Fl-aħħar tal-ġimgħa, għidulhom xi jkun ġara. Kemm intom, kif ukoll huma se tħossu fikom il-paċi u l-hena li tkellem dwarhom il-President Eyring.

Ipprintja