2016
Il-Ferħ fil-Familja Nsibuh fis-Sewwa
Diċembru 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Diċembru 2016

Il-Ferħ fil-Familja Nsibuh fis-Sewwa

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li tifhmu “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ jwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli tagħhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Alla “waqqaf il-familja biex iwasslilna l-ferħ, biex jgħinna nitgħallmu ċerti prinċipji korretti f’ atmosfera ta’ mħabba, u biex iħejjijna għall-ħajja eterna.”1 Dwar il-“pjan kbir ta’ ferħ” (Alma 42:8), il-President Russell M. Nelson, il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, qal: “Il-pjan Tiegħu jiddikjara li l-bnedmin ġew fid-dinja ‘sabiex ikollhom il-ferħ’ [2 Nephi 2:25]. Dan il-ferħ jasal meta aħna nagħżlu li ngħixu f’ armonija mal-pjan etern ta’ Alla.”2

Dar iċċentrata fuq Kristu tipprovdi l-akbar opportunitajiet li jwasslu għas-suċċess. Il-Presbiteru Richard G. Scott (1928–2015) tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu ddeskriva d-dar bħala post “li fih jiġi mgħallem l-evanġelju, jinżammu l-patti u tgħammar l-imħabba,” fejn il-familji jistgħu jgħixu “ħajja ubbidjenti” u jkollhom “għeruq sodi mħawlin fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.”3

Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal: “Aħna nistgħu niddeċiedu li nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inressqu l-qawwiet tas-sema lejn il-familja tagħna.” U jirnexxielna ferm aktar li nħeġġu l-imħabba, is-servizz, l-ubbidjenza u l-ferħ fi djarna jekk “uliedna jisimgħu l-kelma ta’ Alla u wara jippruvawha permezz tal-fidi. Jekk jagħmlu dan, in-natura tagħhom tinbidel b’ mod li tipproduċi l-ferħ li huma jkunu qed ifittxu.”4

Djar Iċċentrati fuq Kristu

Fl-iskrittura nsibu familji li huma eżempju ta’ djar iċċentrati fuq Kristu. Wara li miet missieru, Leħi, Nefi ħa l-familja tiegħu u lil xi nies oħra li kienu emmnu fit-twissijiet u r-rivelazzjonijiet ta’ Alla u li kienu semgħu minn kliem Nefi ‘il bogħod mill-art tal-Lamaniti. F’ dan il-post ġdid, in-Nefiti setgħu jobdu d-digrieti, l-istatuti u l-kmandamenti tal-Mulej f’ kollox, skont il-liġi ta’ Mosè (ara 2 Nephi 5:6–10). Madankollu anke fost il-Nefiti, xi wħud eventwalment spiċċaw diżubbidjenti.

U filwaqt li xi membri tal-familja tagħna xi kultant jafu jitbiegħdu mis-sewwa kif għamlu d-Nefiti, il-Presbiteru Scott qal li dar iċċentrata fuq Kristu xorta waħda “tipprovdi l-akbar assigurazzjoni għall-paċi u r-refuġju fi djarna.” Huwa semma li “xorta waħda nispiċċaw nesperjenzaw bosta sfidi jew uġigħ il-qalb, iżda anke f’ nofs l-inkwiet, aħna nistgħu ngawdu ġewwa fina paċi u hena profonda.”5

Skrittura Addizzjonali

3 Ġwanni 1:4; 1 Nephi 8:12; 2 Nephi 5:27

Noti

  1. Handbook 2: Administering the Church (2010), 1.1.4.

  2. Russell M. Nelson, “Celestial Marriage,” Liahona, Nov. 2008, 92.

  3. Richard G. Scott, “For Peace at Home,” Liahona, Mejju 2013, 30, 31.

  4. Henry B. Eyring, “The Teachings of ‘The Family: A Proclamation to the World,’” New Era, Sett. 2015, 5, 6.

  5. Richard G. Scott, “For Peace at Home,” 31.

Ikkunsidraw Dan

X’ nistgħu nagħmlu biex ngħixu b’ mod aktar ġust fil-familji tagħna?

Ipprintja