2017
Nitolbu għall-Paċi
Frar 2017


Żgħażagħ

Nitolbu għall-Paċi

L-awtriċi tgħix f’ Arizona, l-Istati Uniti.

Wara l-knisja l-ġenituri tiegħi spiss kienu jibqgħu wara l-ħin biex jattendu l-laqgħat tagħhom, u jiena kont nieħu ħsieb ta’ ħuti s-subien iżgħar minni u ngħinhom jieklu—għalkemm huma spiss kienet taqbżilhom u kienu jkunu bil-ġuħ. Normalment jekk huma kienu jibdew jiġġieldu, jiena malajr kont nispiċċa nsolvi l-problema żgħira li kien ikollhom. Iżda xi kultant kien ikun diffiċli nagħmilhom paċi ladarba kienu jkunu qed jiġġieldu għaliex kont nispiċċa nirrita ruħi.

Darba waħda wara nofsinhar, ħuti kienu qed isibuha diffiċli jaqblu bejniethom. Sibt li l-isforzi tiegħi biex inwassalhom jagħmlu paċi kienu qed iwassalu biex is-sitwazzjoni tmur għall-agħar għaliex jiena kont irrabjata. Għalhekk jiena lestejt l-ikel tiegħi u għalaqt ħalqi. Finalment, jiena għidt, “Jiena se nitlob. Nistgħu noqogħdu minuta kwieti?” Ladarba kienu siktu, jiena għidt barka fuq l-ikel. Qabel għalaqt it-talba, jiena żidt, “U jekk jogħġbok għinna nkunu nies li nwasslu l-paċi.”

Għall-ewwel, ippretendew li ma kinux qed jisimgħuni u reġgħu bdew jiġġieldu. Ħassejtni rrabjata iżda kont naf li kelli kemm jista’ jkun nibqa’ kalma u nibqa’ nurihom imħabbti għaliex kont għadni kif tlabt għall-paċi. Wara minuta, ħassejtni verament kalma. Qbadt niekol mingħajr ma lissint kelma waħda u eventwalment ħuti s-subien waqfu jiġġieldu. Irrealizzajt li l-paċi li kont ħassejt kienet tweġiba għat-talba sempliċi tiegħi. Jiena tlabt li nkun persuna li nwassal il-paċi, u Missieri tas-Smewwiet għenni nibqa’ kalma f’ mument li bdejt inħoss li kelli naqbad inwerżaq. Jiena naf li Huwa verament jista’ jagħtina l-paċi.