2017
L-Att tal-Fidwa ta’ Kristu huwa Evidenza tal-Imħabba ta’ Alla
Frar 2017


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Frar 2017

L-Att tal-Fidwa ta’ Kristu huwa Evidenza tal-Imħabba ta’ Alla

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom.

Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

Li aħna nifhmu li Missierna tas-Smewwiet offra lill-Iben Imnissel Waħdieni Tiegħu biex aħna nkunu nistgħu niksbu l-immortalità u l-potenzjal tal-ħajja eterna jgħinna biex aħna nħossu l-imħabba infinita u inkomprensibbli ta’ Alla għalina. Is-Salvatur tagħna jħobbna wkoll.

“Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? …

“Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat,

“La l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħlejqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna” (Rumani 8:35, 38–39).

Dwar l-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu, il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal: “Is-sofferenza tas-Salvatur fil-Ġetsemani u l-agunija Tiegħu fuq is-salib tifdina mid-dnub billi tissodisfa d-domanda li l-ġustizzja għandna fuqna. Huwa jestendi l-ħniena u jaħfer lil dawk li jindmu. L-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu jissodisfa wkoll id-dejn li għandna lejn il-ġustizzja billi jfejjaqna u jikkompensana għal kull sofferenza li aħna nsofru b’ mod innoċenti. ‘Għax araw, huwa sofra l-uġigħ tal-bnedmin kollha, l-uġigħ ta’ kull kreatura ħajja, l-irġiel, in-nisa u t-tfal, li jagħmlu parti mill-familja ta’ Adam’ (2 Nephi 9:21; ara wkoll Alma 7:11–12).”1

Kristu “naqqaxna fuq il-keffa ta’ jdejh” (Isaija 49:16). Linda K. Burton, President ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, tgħid, “Dak l-att suprem ta’ mħabba għandu jwassal biex aħna lkoll ninżlu għarkupptejna nitolbu b’ umiltà biex nirringrazzjaw lil Missierna tas-Smewwiet talli jħobbna tant li Huwa bagħat lill-Iben Imnissel Waħdieni u perfett Tiegħu biex isofri għal dnubietna, għall-uġigħ il-qalb tagħna u għal dak kollu li jidher inġust f’ ħajjitna.”2

Skrittura u Informazzjoni Addizzjonali

Ġwanni 3:16; 2 Nephi 2:6–7, 9; reliefsociety.lds.org

Noti

  1. D. Todd Christofferson, “Redemption,” Liahona, Mejju 2013, 110.

  2. Linda K. Burton, “Is Faith in the Atonement of Jesus Christ Written in Our Hearts?” Liahona, Nov. 2012, 114.

Ikkunsidraw Dan

Kif nistgħu nesprimu l-gratitudni u l-imħabba tagħna lejn Alla u Ġesù Kristu għar-rigal tal-Att tal-Fidwa tas-Salvatur tagħna?