Żgħażagħ
Missjunarju mingħajr Teg
L-iskola kelli għalliem li kellu personalità li setgħet twassal biex dak li jkun jibża’ jaqsam l-opinjoni opposta tiegħu dwar xi suġġett partikolari. Darba waħda s-suġġett li bdejna niddiskutu kien il-missjunarji Qaddisin tal-Aħħar Jiem. Jien naf li kont kapaċi nwieġeb il-mistoqsijiet tiegħu, iżda ħassejt li ma kellix nagħmel dan. Għalhekk għedt biss dak li seta’ jissodisfa lilu f’ dak il-mument.
Għal ġimgħat sħaħ ma waqaftx naħseb dwar il-konverżazzjoni tagħna. Finalment, ġieni ħsieb f’ moħħi li għandi nagħtih kopja tal-Ktieb ta’ Mormon u fih nimmarka xi frażijiet dwar il-ħidma missjunarja. Il-ħsieb biss beżżagħni, iżda bqajt nippersisti. Kont naf li kelli nimxi wara dak is-suġġeriment.
Xi xahrejn wara, il-Ktieb ta’ Mormon kien lest għalih. Il-jum kollu bħal ħassejt il-ktieb jaħraq toqba fil-basket li kelli wara dahri. It-tliet sekondi li domt biex tajtu l-ktieb qabel ħriġt bil-vaganzi tax-xitwa kienu l-aktar mument ta’ biża’ li qatt esperjenzajt f’ ħajti.
Fl-ewwel jum li erġajt mort lura l-iskola, jiena għaddejt minn quddiem il-klassi tiegħu iżda bdejt nibża’ nidħol ġewwa. Imbagħad smajtu jsejjaħ ismi, u tani biljett. Fil-kuritur qrajt dak li kien hemm miktub fuqu. Huwa kiteb li kien studja “għal ħin twil” il-passaġġi li jiena kont immarkajt, u wasal biex irnexxielu jibda jifhem ċerti raġunijiet dwar il-fidi tiegħi.
Issa għandi ferm aktar entużjażmu biex naqsam l-evanġelju, u saħansitra aktar entużjażmu biex dalwaqt inservi lil Missieri tas-Smewwiet permezz ta’ missjoni.