Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ġunju 2017
Il-Qawwa tas-Saċerdozju billi Nżommu l-Patti Tagħna
Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex ikollkom l-ispirazzjoni ħalli tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li huma jifhmu l-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna kif jista’ jħejji lill-ulied nisa ta’ Alla għall-barkiet tal-ħajja eterna?
“Il-messaġġ tiegħi lil … kulħadd hu li aħna nistgħu ngħixu kull siegħa ‘imberkin bil-qawwa tas-saċerdozju,’ huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tagħna,” qal il-Presbiteru Neil L. Andersen tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.
“… Hekk kif intom tkunu denji u tipparteċipaw fl-ordinanzi tas-saċerdozju, il-Mulej jagħtikom aktar qawwa, aktar paċi u perspettiva eterna akbar f’ ħajjitkom. Hi x’inhi s-sitwazzjoni tagħkom, darkom ‘titbierek bil-qawwa tas-saċerdozju.’”1
Kif nistgħu nistiednu l-qawwa tas-saċerdozju f’ ħajjitna? Il-Presbiteru M. Russell Ballard tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu jfakkarna li “dawk li daħlu fl-ilmijiet tal-magħmudija u sussegwentement irċevew l-għotja mqaddsa tagħhom fid-dar tal-Mulej huma eleġibbli biex jiksbu barkiet prezzjużi u meraviljużi. L-għotja mqaddsa hija letteralment rigal ta’ qawwa … u Missierna tas-Smewwiet huwa verament ġeneruż bil-qawwa Tiegħu.” Huwa jfakkarna li l-irġiel u n-nisa “huma t-tnejn mogħtija l-istess qawwa” fit-tempju, “li tfisser il-qawwa tas-saċerdozju.”2
Linda K. Burton, President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet: “Peress li l-qawwa tas-saċerdozju hija xi ħaġa li aħna lkoll nixtiequ li jkollna fil-familji u fid-djar tagħna, x’ jeħtieġ li nagħmlu aħna biex nistiednu dik il-qawwa f’ ħajjitna? It-tjubija personali tagħna hija xi ħaġa mill-aktar importanti biex ikollna l-qawwa tas-saċerdozju.”3
“Jekk b’ umiltà aħna nippreżentaw lilna nfusna quddiem il-Mulej u nitolbuh biex jgħallimna, Huwa jurina kif nistgħu nkabbru l-aċċess tagħna lejn il-qawwa Tiegħu li lest jagħtina,” qal il-President Russell M. Nelson, il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu.4
Skrittura u Informazzjoni Addizzjonali
1 Nephi 14:14; Doctrine and Covenants 121:36; 132:20; reliefsociety.lds.org
© 2017 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/16. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/16. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, June 2017. Maltese. 97926 159