2017
Grazzi, O Alla, li Tajtna Profeta
September 2017


Żgħażagħ

Grazzi, O Alla, li Tajtna Profeta

Kif influwenzakom il-profeta tagħna, il-President Thomas S. Monson? X’ tiftakru l-aktar dwaru? Ikkunsidraw li tiktbu fid-djarju tagħkom dwar il-President Monson u dwar ħajtu—simili għal dak li huwa ddeskriva f’ dan il-messaġġ dwar l-influwenza ta’ kull profeta li huwa jiftakar.

Tafu wkoll tixtiequ tagħżlu xi kwotazzjoni tiegħu li hi favorita tagħkom u tiktbuha f’ post li tkunu tistgħu tarawha ta’ spiss, bħal fuq xi fajl tal-iskola jew bħala nota fil-kamra tagħkom. Permezz tagħha tistgħu anke tagħmlu stampa b’ din il-kwotazzjoni fuqha u tpoġġuha bħala stampa fuq l-iskrin tal-mowbajl tagħkom. Kull darba li taraw din il-kwotazzjoni, intom tkunu tistgħu tirriflettu dwar l-importanza tal-profeta ħaj u tiftakru li huwa jinsab hawn illum biex iħobbna u jiggwidana.

Ipprintja