2017
Lesti li Nġorru t-Tagħbija ta’ Xulxin
December 2017


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Diċembru 2017

Lesti li Nġorru t-Tagħbija ta’ Xulxin

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li l-ulied nisa ta’ Alla jifhmu l-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna kif jista’ jħejjihom għall-barkiet tal-ħajja eterna?

Fidi, Familja, Għajnuna

“Aħna ninsabu mdawrin minn dawk li għandhom bżonn l-attenzjoni tagħna, l-inkuraġġiment tagħna, l-appoġġ tagħna, il-faraġ tagħna, it-tjubija tagħna,” qal il-President Thomas S. Monson. “Aħna jdejn il-Mulej hawn fid-dinja, b’ mandat li naqduh u nelevaw lil uliedu. Huwa jiddependi minn kull wieħed u waħda minna.”1

Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal: “Bdiet isseħħ bidla ġewwa qalbkom meta intom sirtu membri tal-Knisja. Intom għamiltu patt, u rċevejtu wegħda li bdiet tibdel l-istess natura tagħkom. …

“… Intom wegħidtu li intom se tgħinu lill-Mulej itaffi t-tagħbija ta’ ħaddieħor u jfarraġġhom. Intom ġejtu mogħtija l-qawwa li tgħinu ttaffu dik it-tagħbija meta intom irċevejtu d-don tal-Ispirtu s-Santu.”2

“Aħna rridu nużaw id-dawl tal-evanġelju biex inkunu nistgħu nħarsu lejn l-oħrajn kif iħares lejhom is-Salvatur—bil-kompassjoni, bit-tama u l-karità,” qalet Jean B. Bingham, President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna. “Għad jasal il-jum meta aħna jkollna għarfien sħiħ ta’ dak li hemm f’ qalb ħaddieħor u nkunu grati tal-ħniena li ntweriet magħna—hekk kif f’ din il-ħajja aħna nestendu l-ħsibijiet u l-kliem karitattevoli tagħna lejn l-oħrajn. …

“L-obbligu u l-privileġġ tagħna huwa li nħaddnu l-avvanz li naraw f’ kulħadd hekk kif nagħmlu l-almu tagħna biex insiru aktar bħas-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu.”3

Hekk kif aħna nġorru t-tagħbija ta’ xulxin u nżommu l-patti tagħna, aħna nkunu qed inħejju t-triq għal Ġesù Kristu biex Hu jkun jista’ jfejjaq lil ħaddieħor. Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu għallem: “Meta nikkunsidra l-prezz inkomprensibbli tal-Kruċifissjoni u l-Att tal-Fidwa, inwegħidkom li żgur li issa Huwa mhuwiex se jabbandunana. Meta Huwa qal lill-foqra fl-ispirtu, ‘Ejjew għandi,’ Huwa ried ifisser li Huwa jaf kif għandu joħroġna ‘l barra mis-sitwazzjoni li qegħdin fiha u jaf ukoll kif għandu jelevana ‘l fuq. Huwa jaf dan għaliex Huwa diġà għadda minnu qabel. Huwa jaf it-triq għaliex Huwa hu t-triq.”4

Skrittura Addizzjonali

Mattew 25:40; Galatin 6:2; Mosiah 2:17; 18:8–9

Noti

  1. Thomas S. Monson, “Serve the Lord with Love,” Liahona, Fr. 2014, 4.

  2. Henry B. Eyring, “The Comforter,” Liahona, Mejju 2015, 18.

  3. Jean B. Bingham, “I Will Bring the Light of the Gospel into My Home,” Liahona, Nov. 2016, 6, 8.

  4. Jeffrey R. Holland, “Broken Things to Mend,” Liahona, Mejju 2006, 71.