2018
Iddeċiedi li Sejjer Tindem
January 2018


Żgħażagħ

Iddeċiedi li Sejjer Tindem

Il-President Monson spjega li “ir-responsabbiltà tagħna hi li nqumu mill-medjokrità għall-kompetenza, mill-falliment għas-suċċess. Il-ħidma tagħna hi li noħorġu l-aħjar ta’ ġo fina.” Huma ħafna n-nies li jiddedikaw ix-xahar ta’ Jannar biex fih huma jagħmlu ċerti pjanijiet u reżoluzzjonijiet li jgħinuhom jitjiebu: li jitbissmu aktar, li jieklu aħjar jew li jitgħallmu xi sengħa ġdida. Filwaqt li dawn il-pjanijiet jistgħu jgħinukom tinbidlu għall-aħjar, l-aqwa mod kif wieħed jista’ jinbidel verament huwa permezz tal-indiema.

Minkejja li l-indiema taf ma tkunx xi ħaġa faċli, din hija rigal! Hekk kif aħna niddependu fuq Ġesù Kristu billi nindmu minn dnubietna, aħna nkunu kapaċi nikbru u nimxu ‘l quddiem. Il-President Monson qal: “Essenzjali għal dan il-pjan tas-salvazzjoni huwa s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu. Mingħajr is-sagrifiċċju tal-att tal-fidwa Tiegħu, kollox kien ikun għal xejn.” Permezz tal-indiema, intom tistgħu titnaddfu minn dnubietkom u tkomplu tagħmlu progress biex issiru tixbhuh aktar.

Aħsbu dwar xi ħaġa li qed iżżomkom milli ssiru tixbhu lis-Salvatur. Forsi l-mod kif titkellmu? Jew kif tittrattaw lil sħabkom jew lill-familja tagħkom? Wara li taħsbu ftit dwar f’xiex għandkom titjiebu, itolbu lill-Missier tas-Smewwiet u aqsmu Miegħu x-xewqa tagħkom li tinbidlu. Ftakru li permezz tal-qawwa tal-Att tal-Fidwa Tiegħu, Ġesù Kristu jista’ jgħinkom tegħlbu d-dgħjufija tagħkom. Kif għallem il-President Monson, “Id-don tal-indiema, li pprovdielna s-Salvatur tagħna, jagħtina l-qawwa li ndawru d-direzzjoni ta’ ħajjitna.”

Ipprintja