Prinċipji tat-Tagħlim taż-Żjajjar, Jannar 2018
Ibqgħu f’ Kuntatt Magħha f’ Kull Ħin, Kullimkien, B’ Kull Mod
L-għan tat-tagħlim taż-żjajjar hu li nipprovdu l-għajnuna. Ġesù pprovda l-għajnuna f’ kull ħin u kullimkien. Aħna nistgħu nagħmlu l-istess.
Li “nipprovdu l-għajnuna” ifisser li nkunu ta’ servizz, nieħdu ħsieb u ngħinu lil ħaddieħor biex inwasslulhom il-faraġ u l-ferħ. L-għan tat-tagħlim taż-żjajjar hu li niskopru modi kif aħna nistgħu nipprovdu l-għajnuna lil dawk li nżuru. Ġesù Kristu għen lil kulħadd—f’ kull ħin u kullimkien. Huwa tama’ lil 5,000 ruħ, farraġ lil Marija u lil Marta meta miet ħuhom, u għallem l-evanġelju Tiegħu lill-mara ħdejn il-bir. Huwa għamel dan sforz l-imħabba sinċiera Tiegħu.
Hekk kif nimxu wara l-eżempju Tiegħu, bħala għalliema taż-żjajjar, aħna nistgħu nsiru nafu u nħobbu lil kull oħt li aħna nżuru, hekk kif niftakru li l-imħabba hija s-sisien ta’ dak kollu li nagħmlu. Meta aħna nitolbu għall-ispirazzjoni biex insiru nafu kif għandna nservuha u ngħinuha ssaħħaħ il-fidi tagħha, “l-anġli ma jżommux lura milli huma jkunu l-imsieħba tagħna.”1
Mit-twaqqif tas-Soċjetà tal-Għajnuna fl-1842 sal-lum, l-għajnuna li n-nisa taw bierket il-ħajja ta’ ħafna. Per eżempju, Joan Johnson, armla ta’ 82 sena, u s-sieħba tagħha tat-tagħlim taż-żjajjar imorru jżuru u jgħallmu lill-ġara tagħhom, mara ta’ 89 sena li tbati bil-pulmonite. Huma jafu li l-ġara tagħhom m’għandhiex bżonnhom biss darba fix-xahar, għalhekk huma kull ġimgħa jieħdu ħsiebha billi jaraw jekk hux kollox sewwa, u jagħmlu dan permezz tat-telefon jew permezz ta’ żjara.
Forsi xi għalliema oħra taż-żjajjar l-aħjar li jistgħu jagħmlu dak ix-xahar hu li jibagħtu lil xi oħt xi messaġġ jew xi ijmejl bi kliem ta’ inkuraġġiment. L-essenza tat-tagħlim taż-żjajjar hi li nagħmlu kuntatt personali magħhom u li nisimgħuhom b’ attitudni ta’ mħabba. Kemm it-teknoloġija moderna kif ukoll iż-żjarat li aħna nagħmlu personalment jgħinuna nagħmlu dan f’ kull ħin, kullimkien u b’ ħafna modi.2 Huwa b’ dan il-mod li aħna nipprovdu l-għajnuna kif kien jipprovdiha Ġesù.
© 2018 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/17. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/17. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Principles, January 2018. Maltese. 15045 159