2018
Tliet Affarijiet x’ Tiftakru
February 2018


Żgħażagħ

Tliet Affarijiet x’ Tiftakru

Il-kelma ftakru tidher bosta drabi fil-Ktieb ta’ Mormon. Nefi ħeġġeġ lil ħutu biex jiftakru kif Alla kien salva lil missirijiethom. Is-Sultan Benjamin talab lin-nies tiegħu biex jiftakru fil-kobor ta’ Alla. U Moroni ħeġġeġ lill-qarrejja tiegħu biex jiftakru kemm hu ħanin il-Mulej.

Hija ħaġa mill-aktar essenzjali li aħna niftakru fis-Salvatur—aħna saħansitra nagħmlu patt li sejrin niftakru fih kull darba li nieħdu Sehem fis-Sagrament. Il-President Eyring jistedinna biex waqt is-sagrament aħna niftakru dawn it-tliet affarijiet:

  1. Ftakru f’ Ġesù Kristu: Aqraw l-iskrittura dwar kif is-Salvatur serva lill-oħrajn u kif Huwa wera mħabbtu lejhom. Intom kif tistgħu tħossu mħabbtu? Kif tistgħu sservu lill-oħrajn u turu mħabbitkom lejhom kif għamel is-Salvatur?

  2. Ftakru x’ għandkom tagħmlu aħjar: Irriflettu b’ qalb niedma dwar dak li għamiltu matul il-ġimgħa li għadha kif għaddiet. Agħżlu ħaġa waħda li tistgħu tbiddlu, u iktbu fuq karta kif intom tistgħu twettqu din il-bidla għall-aħjar. Poġġi din il-karta f’ post fejn tkunu tistgħu tarawha ta’ spiss.

  3. Ftakru fil-progress li intom qed tagħmlu: Itolbu lil Alla biex jgħinkom tikkonoxxu l-progress tajjeb li qed tagħmlu. Fid-djarju tagħkom iktbu dwar kif qed tħossukom.

Aħna m’aħniex perfetti, iżda s-Salvatur dan jafu. Hu għalhekk li Huwa jitlobna biex niftakru fih. Li niftakru fih jimliena bit-tama u jgħinna jkollna r-rieda li ninbidlu. Anke f’ mumenti meta ma jirnexxilniex niftakru fih, il-President Eyring jgħid, “Huwa dejjem jiftakar fikom.”

Ipprintja