2018
Fittxu li Ssiru Tafu Lilha u lill-Familja Tagħha
February 2018


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Frar 2018

Fittxu li Ssiru Tafu Lilha u lill-Familja Tagħha

L-għan tat-tagħlim taż-żjajjar hu li nsiru nafu u nħobbu lil kull oħt ħalli aħna nkunu nistgħu nsaħħu l-fidi tagħha.

Fidi, Familja, Għajnuna

Rita Jeppeson u l-għalliema taż-żjajjar tagħha saru veru ħbieb hekk kif huma bdew jiltaqgħu flimkien u jaqsmu bejniethom ċerti prinċipji tal-evanġelju. Iżda l-laqgħat tagħhom kienu jinkludu wkoll li flimkien jgħaddu ħin jilagħbu ċertu logħob bil-kliem. Din hija l-aktar ħaġa favorita ta’ Rita dwar l-għalliema taż-żjajjar tagħha għaliex hija taf li huma verament ħbieb u din mhijiex sempliċiment żjara biex l-għalliema tagħha tkun tista’ “tingassa” isimha mil-lista. Hemm bosta affarijiet li l-aħwa nisa jistgħu jagħmlu flimkien waqt iż-żjara, bħal, per eżempju, imorru passiġġata flimkien jew jaqtgħu l-ħaxix ħażin fil-ġnien waqt li t-tfal joqogħdu jilagħbu.

Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal, “Ħarsu lejkom infuskom bħala rappreżentanti tal-Mulej fost uliedu. … Aħna nittamaw … li intom tibdew era ġdida ta’ mħabba ġenwina lejn il-membri bbażata fuq l-evanġelju, li intom tħarsu u tieħdu ħsieb xulxin, fejn tindirizzaw il-bżonnijiet spiritwali u temporali tagħhom b’ kwalunkwe mod li jaf ikun ta’ għajnuna.”1

Permezz ta’ Mosè, il-Mulej talab lil ulied Iżrael biex “tkun għalikom il-barranija bħal waħda ta’ ġewwa; ħobbuha bħalkom infuskom” (Leviticus 19:34). L-aħwa li aħna nżuru jafu jkunu għalina “barranin” hekk kif aħna nibdew is-servizz tagħna fosthom, iżda hekk kif insiru nafu lilhom u l-familja tagħhom, ix-xewqa tagħna tikber hekk kif aħna “nġorru t-tagħbija ta’ xulxin, sabiex tkun ħafifa” u hekk kif aħna “norbtu qlubna flimkien f’ għaqda u fi mħabba lejn xulxin” (Mosiah 18:8, 21).

Reyna l. Aburto, it-Tieni Kunsillier fil-President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, tiftakar meta hija kienet għadha membru ġdid tal-Knisja li ma kenitx ilha wisq li ddivorzjat. “L-għalliema taż-żjajjar tiegħi ġew iżuruni d-dar,” hija qalet, “u mlewli qalbi b’ sentiment sabiħ ta’ ħbiberija u mħabba.”2

Ikkunsidraw Dan

Fil-familji tal-aħwa li intom iżżuru, x’inhuma dawk l-avvenimenti li intom għandkom tkunu konxji minnhom u tiftakru?

Noti

  1. Jeffrey R. Holland, “Emissaries to the Church,” Liahona, Nov. 2016, 62.

  2. Reyna I. Aburto, “What Has Relief Society Been for Me?” Brigham Young University Women’s Conference, 5 ta’ Mejju, 2017, LDS.org.

Ipprintja