2018
Itlobu għal Kull Oħt b’ Isimha
March 2018


Prinċipji tat-Tagħlim taż-Żjajjar, Marzu 2018

Itlobu għal Kull Oħt b’ Isimha

L-imħabba tagħna u l-ispirazzjoni lejn dawk li aħna ngħallmu fiż-żjara tagħna tikber meta b’umiltà aħna nitolbu għal kull oħt speċifikament b’ isimha.

Fidi, Familja, Għajnuna

Immaġni
Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

L-iskrittura tgħidilna b’ diversi rġiel u nisa li talbu għal ħaddieħor b’ ismu. Fost l-aktar eżempji drammatiċi nsibu lil missier Alma ż-Żgħir. Anġlu tkellem ma’ Alma ż-Żgħir, fejn qallu li “missierek talab b’ fidi kbira għalik … ; għalhekk, għal dan l-għan jiena ġejt biex nikkonvinċik dwar il-qawwa u l-awtorità ta’ Alla, sabiex it-talb tal-qaddejja tiegħu jinstama’ skont il-fidi tagħhom” (Mosiah 27:14).

Li aħna nitolbu għal xulxin iwassal biex qalbna tinfetaħ ħalli tkun tista’ tirċievi l-barkiet li l-Mulej jixtieq jagħtina. “L-oġġettiv tat-talb mhuwiex li jibdel ir-rieda ta’ Alla, iżda li jiżgura għalina nfusna u għal ħaddieħor dawk il-barkiet li Alla diġà jinsab lest li jagħtina, iżda jeħtieġ li l-ewwel aħna nitolbuh biex inkunu nistgħu niksbuhom.”1

Waħda oħt qalet li waqt żmien diffiċli f’ ħajjitha, hija spiss kienet tirċievi xi telefonata jew xi messaġġ sempliċi mingħand l-għalliema taż-żjajjar tagħha fi “ġranet li kienu jkunu partikolarment mudlama.” Bħal qisu kienu jkunu jafu meta hija kienet tkun teħtieġ minn jinkuraġġiha xi ftit. Hija kienet taf li huma kienu jkunu talbu għaliha, kemm meta kienu jżuruha kif ukoll fit-talb personali tagħhom.

“Aħsbu ftit dwar x’ qawwa jista’ jkollna flimkien jekk kull oħt titlob b’ mod sinċier kull filgħodu u kull filgħaxija jew, aħjar, titlob bla waqfien kif talabna nagħmlu l-Mulej,” qalet Julie B. Beck, li kienet President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.2 Li nitolbu għal dawk li aħna nżuru jwassal biex aħna nissaħħu kemm bħala individwi kif ukoll bħala nisa Qaddisin tal-Aħħar Jiem.

Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal: “Itolbu biex b’ xi mod tkunu tafu x’ hemm f’ qalbhom. … Jeħtieġ li intom tkunu tafu xi jridkom tagħmlu Alla biex tgħinuhom u tagħmlu dan bl-aħjar mod li tistgħu, filwaqt li tħossu l-imħabba ta’ Alla għalihom.”3

Noti

  1. Guide to the Scriptures, “Prayer.”

  2. Julie B. Beck, “What Latter-day Saint Women Do Best: Stand Strong and Immovable,” Liahona, Nov. 2007, 110.

  3. Henry B. Eyring, “It-Talb Saċerdotali u Personali,” Liahona, Mejju 2015, 85.

Ipprintja