2018
Nitħejjew biex Nisimgħu Leħen Alla
March 2018


Żgħażagħ

Nitħejjew biex Nisimgħu Leħen Alla

Il-President Uchtdorf jispjega li l-ewwel ħaġa li għamel Alla wara li ħoloq ir-raġel u l-mara kien li tkellem magħhom u tahom ċerta informazzjoni u struzzjonijiet prezzjużi. F’ April u f’ Ottubru, waqt il-konferenza ġenerali, aħna niksbu dik l-istess barka, meta l-mexxejja tal-Knisja jindirizzawna u jagħtuna l-kunsill li jkun iridna nisimgħu l-Mulej.

Waqt il-konferenza ġenerali, intom qatt smajtu leħen Alla permezz tal-qaddejja Tiegħu? Qatt ħassejtu li xi messaġġ speċifiku kien wasal biex tagħkom dik it-tweġiba li kontu ilkom żmien tistennew? Fid-djarju tagħkom, intom tistgħu tiktbu dik l-esperjenza u kif għinitkom. Imbagħad ħejju lilkom infuskom biex fil-konferenza li jmiss tisimgħu leħen il-Mulej billi tniżżlu xi mistoqsijiet li jista’ jkollkom u studjaw dawk l-istess mistoqsijiet waqt l-istudju tagħkom tal-iskrittura. Itolbu lil Missierna tas-Smewwiet biex waqt il-konferenza Huwa jgħinkom tirċievu tweġibiet u ideat. Hekk kif intom tisimgħu lill-qaddejja tal-Mulej, araw li tiffokaw fuq ċerti suġġerimenti individwali. X’ tgħallimtu? Kif ħassejtukom ispirati li tinbidlu? Niżżlu ġewwa d-djarju dawn is-suġġerimenti għaliex dan huwa sewwasew l-ispirtu li jkun qed ikellimkom!

Dejjem ftakru li Missierna tas-Smewwiet iħobbkom u se jiggwidakom fid-direzzjoni t-tajba. Hekk kif intom tagħmlu l-almu tagħkom biex tisimgħu leħnu permezz tal-qaddejja Tiegħu, intom tiġu mberkin u edifikati.

Ipprintja