2021
Ġesù Tgħammed
Frar 2021


“Ġesù Tgħammed,” Ħabib, Frar 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Frar 2021

Ġesù Tgħammed

Ġwanni l-Battista jgħallem

Illustrazzjonijiet minn Apryl Stott

Ġwanni l-Battista kien profeta kbir. Hu għallem lin-nies biex jindmu u għammidhom.

Ġwanni l-Battista jgħammed

Darba waħda Ġwanni kien qed jgħammed lin-nies fix-Xmara Ġordan. Ġie Ġesù u staqsa lil Ġwanni biex jgħammdu. Ġwanni kien jaf li Ġesù ma kellu l-ebda dnub. Mela għalfejn Ġesù ried jitgħammed?

Ġesù Kristu

Ġesù qal li Hu kellu bżonn jobdi l-kmandamenti kollha. Li titgħammed huwa kmandament.

Ġwanni l-Battista jgħammed lil Ġesù

Wara li Ġwanni għammed lil Ġesù, feġġet ħamiema biex turi li l-Ispirtu s-Santu kien preżenti. Leħen Missierna fis-Smewwiet instema’ jgħid mis-smewwiet, “Dan hu Ibni l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi” (Mattew 3:17).

missier u bintu waqt magħmudija

Aħna nistgħu nobdu l-kmandamenti u nagħżlu li nitgħammdu, bħal Ġesù. Imbagħad nistgħu niġu kkonfermati u jkollna wkoll id-don tal-Ispirtu s-Santu.

Paġna biex tingħata l-Kulur

Jiena Grat għal Ġismi

paġna biex tingħata l-kulur