2021
Irrid Nimxi Wara Ġesù
Marzu 2021


“Irrid Nimxi Wara Ġesù,” Ħabib, Marzu 2021

Stejjer ta’ Ġesù

Irrid Nimxi Wara Ġesù

Ġesù Kristu jgħallem minn fuq dgħajsa

Illustrazzjonijiet minn Apryl Stott

Darba waħda Ġesù tela’ fuq dgħajsa. Hu talab lis-sajjieda biex iniżżluha fl-ilma. Hu qagħad bilwieqfa fuq id-dgħajsa u għallem lill-miġemgħa li kienet tinsab max-xatt.

L-Appostli jiġbdu xbiek mimli ħut

Imbagħad Ġesù qal lil wieħed sajjied jismu Pietru biex jitfa’ x-xbiek tiegħu fl-ilma. Pietru qal li f’ġurnata sħiħa ma kien qabad xejn, iżda kien lest li jerġa’ jipprova. Din id-darba, Pietru qabad biżżejjed ħut b’kemm jesgħu żewġ dgħajjes!

Ġesù Kristu jgħallem lill-Appostli

Ġesù talab lis-sajjieda biex iħallu d-dgħajjes tagħhom u jimxu warajh. Hu riedhom ikunu d-dixxipli tiegħu.

L-Appostli ta’ Ġesù b’idejhom fuq persuna biex ifejquha

Id-dixxipli ta’ Ġesù semgħu x’kellu xi jgħid hekk kif Hu għallem dwar Missierna fis-Smewwiet. Huma raw lil Ġesù jfejjaq lill-morda u juri mħabbtu lejn ħaddieħor. Wara li miet Ġesù, id-dixxipli għamlu dak li rawh jagħmel. Huma għallmu, fejqu, u ħabbew lil ħaddieħor.

tifla tfarraġ tifla qed tibki

Jien nista’ ngħallem lil ħaddieħor dwar Ġesù b’dak li ngħid u nagħmel. Jien nista’ nfejjaq is-sentimenti mweġġa’ ta’ ħaddieħor permezz tat-tjubija. Jien nista’ nagħti sehmi biex nieħdu ħsieb dawk li huma morda jew foqra. Jiena se nuri mħabbti, bħal Ġesù.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Li Nimxi Wara Ġesù Jimlini bil-Ferħ

1 full-page b&w line art illustration based on theme "Following Jesus Makes Me Happy" A young boy shows his younger brother a picture of Jesus.