2021
Ġesù Kristu Talabna biex Nieħdu s-Sagrament
Marzu 2021


“Ġesù Kristu Talabna biex Nieħdu s-Sagrament,” Liahona, Marzu 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona , Marzu 2021

Ġesù Kristu Talabna biex Nieħdu s-Sagrament

Aħna niġu mnaddfa u mfejqa hekk kif kull ġimgħa aħna niftakru fis-Salvatur tagħna.

L-Aħħar Ikla

The Last Supper, minn Carl Heinrich Bloch

Qabel miet, Ġesù Kristu kiel ikla għall-aħħar darba li hija msejħa l-Aħħar Ikla. Fi tmiem din l-ikla, Hu introduċa s-sagrament lid-dixxipli tiegħu. Hu qasam il-ħobż u bierku. Huwa qal “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi,” (Luqa 22:19). Imbagħad Hu bierek u qasam magħhom tazza nbid.

familja tirċievi s-sagrament

Parti mill-Qima ta’ Kull Ġimgħa

Meta l-Knisja ta’ Ġesù Kristu ġiet irrestawrata fid-dinja, is-sagrament sar parti mill-qima ta’ kull ġimgħa. Fil-knisja, is-sagrament jiġi mbierek u mqassam minn dawk li jħaddnu s-saċerdozju. Huma jitolbu billi jużaw kliem mill-iskrittura (ara Moroni 4; 5). Imbagħad kull persuna fil-kongregazzjoni tiekol il-ħobż u tixrob l-ilma biex tiftakar f’Ġesù Kristu u fis-sagrifiċċju tiegħu għalina, kif qalilna nagħmlu Hu.

tfajla qed titlob

Ritratt minn Angela Suitter

Nitħejjew biex Nieħdu Sehem fis-Sagrament

Biex inħejju ruħna sabiex nieħdu s-sagrament, jeħtieġ li b’onestà naħsbu dwar ħajjitna u dwar l-għażliet tagħna. Għandna nindmu mill-iżbalji u d-dnubiet li għamilna tul il-ġimgħa li għaddiet, u dan jinkludi li nitolbu lil Alla biex jaħfrilna. M’hemmx għalfejn inkunu perfetti biex nieħdu s-sagrament, iżda qalbna għandha tkun umli.

Talba fil-Ġetsemani

Prayer at Gethsemane (Talba fil-Ġetsemani), minn Del Parson

Aktar Minn Sempliċiment Ħobż u Ilma

Il-ħin li fih nieħdu s-sagrament huwa ħin sagru u qaddis. It-talb tas-sagrament ifakkarna li hekk kif nieħdu l-ħobż u l-ilma, aħna nkunu qed niftakru fil-ġisem u fid-demm li offra għalina Ġesù Kristu. Aħna nwiegħdu li nimxu warajh u ngħixu ħajja Kristjana. Aħna nwiegħdu li se nippruvaw inħarsu l-kmandamenti ta’ Alla. Talli nagħmlu dan, l-Ispirtu s-Santu jfarraġna, jiggwidana, u jfejjaqna.

magħmudija

Inġeddu l-Patti

Meta aħna li tgħammidna nieħdu s-sagrament b’qalb safja, aħna nkunu qed inġeddu l-patt li għamilna fil-magħmudija. Dan jinkludi li nirċievu l-Ispirtu s-Santu u nitnaddfu mid-dnub bħallikieku qed nerġgħu nitgħammdu mill-ġdid. Din hi t-tama u l-ħniena li Ġesù joffri lil kull wieħed u waħda minna. Qatt mhu tard biex nindmu u niġu maħfura.

Ġesù Kristu introduċa s-sagrament lin-Nefiti

That Ye Do Always Remember Me (Li Tibqgħu Dejjem Tiftakruni), minn Gary L. Kapp, m’għandux jiġi kkupjat

X’Tgħid l-Iskrittura dwar is-Sagrament?

Għandna neżaminaw lilna nfusna spiritwalment, billi b’onestà nħarsu ġewwa fina, qabel ma nieħdu s-sagrament (ara 1 Korintin 11:28).

Wara li Qam mill-Imwiet, Ġesù wera lin-nies tiegħu fil-Kontinent Amerikan kif għandhom jieħdu s-sagrament (ara 3 Nefi 18).

Il-profeti tal-aħħar żminijiet qalulna biex għas-sagrament nużaw il-ħobż u l-ilma, iżda ma tagħmilx differenza x’nieklu u x’nixorbu (ara Duttrina u Patti 27:2). Xi kultant dawk li għandhom xi allerġiji jkollhom bżonn jużaw xi sustanza oħra tixbah lill-ħobż.

The Last Supper (L-Aħħar Ikla), ta’ Carl Heinrich Bloch; ritratt ta’ tfajla titlob ta’ Angela Suitter; Prayer at Gethsemane (Talba fil-Ġetsemani), ta’ Del Parson; That Ye Do Always Remember Me (Li Tibqgħu Dejjem Tiftakruni), ta’ Gary L. Kapp, m’għandhomx jiġu kkupjat