2021
Ħidma tat-Tempju
Ottubru 2021


“Ħidma tat-Tempju,” Liahona, Ottubru 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Ottubru 2021

Xogħol tat-Tempju

It-tempji huma d-dar tal-Mulej. Aħna nistgħu nirċievu l-ordinanzi u nagħmlu patti miegħu fit-tempji. Fit-tempju aħna nistgħu nwettqu wkoll ordinanzi għall-antenati tagħna.

tempju

Ritratt tat-Tempju ta’ Barranquilla, il-Kolumbja minn Bruno Lima

Tul l-istorja tad-dinja, Alla talab lill-poplu tiegħu sabiex jibni t-tempji. It-tempji huma postijiet qaddisa li fihom nistgħu nħossu l-imħabba ta’ Alla, nirċievu ordinanzi, u nagħmlu ċerti patti miegħu. Il-Knisja tinsab tibni t-tempji madwar id-dinja ħalli aktar u aktar nies jista’ jkollhom dawn il-barkiet.

mara quddiem tempju

Ritratt ta’ mara quddiem it-Tempju ta’ Oquirrh Mountain, f’Utah, minn Nexeo u Matthew Reier

Id-Dota

Il-membri tal-Knisja li qed jgħixu ħajja tajba jmorru fit-tempju biex jirċievu ordinanzi u jagħmlu patti, jew wegħdiet, ma’ Alla. Waħda mill-ordinanzi li nirċievu fit-tempju tissejjaħ id-dota. Il-kelma dota tfisser “rigal.” Id-dota tat-tempju hija rigal mingħand Alla. F’din l-ordinanza aħna nitgħallmu dwar il-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet għas-salvazzjoni tagħna, u nagħmlu patti li lesti nħarsu l-kmandamenti ta’ Alla. Jekk nibqgħu fidili lejn il-patti li nagħmlu, Alla jberikna.

koppja quddiem tempju

Ritratt ta’ koppja, mexjin ħdejn it-Tempju ta’ Manila, il-Filippini, minn Cristina Smith

Familji Jiġu Ssiġillati Flimkien

Żwieġ fit-tempju jissejjaħ ukoll siġill. Meta koppja jiġu ssiġillati fit-tempju u jħarsu l-patti tagħhom, huma jibqgħu miżżewġin għal dejjem. Jekk ikollhom it-tfal, dawk it-tfal jiġu wkoll issiġillati magħhom. Il-ġenituri li jiġu ssiġillati wara li jkollhom it-tfal jista’ jkollhom lit-tfal issiġillati magħhom. Jekk jibqgħu jgħixu ħajja tajba, huma jibqgħu bħala familja tul l-eternità.

il-battisterju tat-Tempju ta’ Lisbona, il-Portugal

Ritratt tat-Tempju ta’ Lisbona, il-Portugal, minn Leslie Nilsson

Ħidma tat-Tempju għall-Ulied Kollha ta’ Alla

Aħna nwettqu l-ħidma tal-istorja tal-familja biex insiru nafu dwar l-antenati tagħna. Imbagħad nwettqu l-ħidma tat-tempju f’isimhom. Aħna nwettqu f’isimhom l-ordinanzi kollha li jeħtieġu l-ħajjin: il-magħmudija, il-konferma, l-għotja tas-saċerdozju (għall-irġiel), id-dota, u s-siġill. Imbagħad huma jkunu jistgħu jagħżlu jekk iridux jaċċettaw dawn l-ordinanzi. B’dan il-mod, l-ulied kollha ta’ Alla jistgħu jgawdu l-barkiet tal-evanġelju.

familja quddiem tempju

Ritratt ta’ familja quddiem it-Tempju ta’ Philadelphia Pennsylvania, minn Cody Bell

Barkiet tal-Ħidma tat-Tempju

Jekk nibqgħu nħarsu l-patti li nagħmlu fit-tempju, aħna nkunu mberkin, protetti, u nkomplu nissaħħu. Aħna jkollna l-qawwa tas-saċerdozju magħna. Il-familji tagħna jibqgħu flimkien għal dejjem.

It-tempju huwa wkoll post ta’ paċi u rivelazzjoni. Hekk kif inwettqu l-ħidma tat-tempju, aħna nistgħu nirċievu gwida spiritwali u nirċievu l-imħabba ta’ Alla.