“L-Isem tal-Knisja Tiegħu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ott. 2021.
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Ottubru 2021
L-Isem tal-Knisja Tiegħu
Hemm tifsira wara l-isem li Ġesù Kristu ta lill-Knisja tiegħu.
il-knisja tiegħi
Knisja—grupp ta’ nies li jemmnu l-istess affarijiet u jqimu flimkien. Din il-Knisja tappartjeni lil Ġesù Kristu. Bdieha Hu. Imexxiha Hu. Hija tiegħu.
tkun imsejħa
Ġesù Kristu qalilna xi jrid li n-nies isemmu l-Knisja tiegħu. Għalhekk aħna hekk għandna nirreferu għaliha—u kif għandna b’imħabba nitolbu li jirreferi għaliha ħaddieħor. Dan l-isem ġej minn Ġesù Kristu.
l-aħħar żminijiet
L-aħħar żminijiet—iż-żminijiet li ngħixu fihom; iż-żmien qabel it-Tieni Miġja ta’ Ġesù Kristu. Ġesù Kristu reġa’ ġab il-Knisja tiegħu lura fid-dinja għall-aħħar darba. Hi se tgħin fit-tħejjija tad-dinja għat-Tieni Miġja tiegħu.
Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu
(Ara “il-knisja tiegħi.”) Din hi l-ewwel parti tal-isem li s-Salvatur ta lill-Knisja tiegħu. Hu jirreferi għaliha bħala “Il-Knisja” għax organizzaha Hu. U Hu semmieha għalih.
L-aħħar żmien
(Ara “l-aħħar żminijiet.”) Din hi l-parti l-oħra tal-isem tal-Knisja. Hi sempliċiment turi li din hi l-Knisja li Hu ġab lura f’dawn iż-żminijiet, mhux dik li Hu beda fiż-żminijiet ta’ qabel.
Qaddisin
Qaddisin—kelma li tfisser “nies li huma qaddisa.” Din hi l-aħħar parti tal-isem tal-Knisja. Tirreferi għall-membri tal-Knisja. Ġesù Kristu jista’ jnaddafna u jsaffina. U Hu jagħtina l-Ispirtu s-Santu biex iqawwina hekk kif nippruvaw nagħmlu dak li talabna Hu. Jekk ikollna l-fidi fih u nkomplu nippruvaw, Hu jqaddisna. Huwa jagħmilna Qaddisin.
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly For the Strength of Youth Message, October 2021. Maltese. 17474 159