“Qabel ma Ġejna fid-Dinja,” Messaġġi ta’ Kull Xahar Friend, Jannar 2022
“Qabel ma Ġejna fid-Dinja”
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib , Jannar 2022
Qabel ma Ġejna fid-Dinja
Qabel ma twelidna, ilkoll kemm aħna konna ngħixu ma’ Missierna fis-Smewwiet. Huwa għallimna dwar il-pjan tiegħu ta’ ferħ.
Missierna fis-Smewwiet qal li aħna konna se niġu fid-dinja biex ikollna ġisem. Konna se nitgħallmu nagħmlu ċerti għażliet. Xi drabi konna se niżbaljaw. Konna se niġu bżonn Salvatur.
Is-Salvatur kellu jgħallimna kif ngħixu. U meta nagħmlu għażla ħażina, konna se nkunu nistgħu nindmu.
Ġesù qal, “Hawn jien, ibgħat lili.” Missierna fis-Smewwiet għażlu biex ikun is-Salvatur tagħna. Ġesù wiegħed li jiġi fid-dinja biex isalvana.
Nista’ nimxi wara Ġesù. Xi darba nista’ mmur lura u ngħix ma’ Missierna fis-Smewwiet.
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, January 2022. Maltese. 18295 159