“Is-Sagrament: Mod kif Tiftakar fis-Salvatur,” Liahona, Apr. 2022.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, April 2022
Is-Sagrament: Mod kif Tiftakar fis-Salvatur
Fil-lejl ta’ qabel ma ġie msallab, Ġesù Kristu ltaqa’ mal-Appostli Tiegħu fl-Aħħar Ċena. Hemmhekk huwa tahom is-sagrament għall-ewwel darba. Spjegalhom kif dan kien mod għalihom biex jiftakru fih. Is-sagrament huwa ordinanza fejn aħna nieħdu mill-ħobż u l-ilma biex niftakru fl-Espjazzjoni ta’ Kristu. Il-ħobż jirrappreżenta l-ġisem ta’ Kristu, u l-ilma jirrappreżenta demmu.
Aħna nieħdu s-sagrament kull nhar ta’ Ħadd matul il-laqgħa tas-sagrament. Aħna nkantaw għanja filwaqt li dawk li jħaddnu s-saċerdozju jaqsmu l-ħobż f’biċċiet żgħar.
Dawk li jħaddnu s-saċerdozju u li jkunu qasmu l-ħobż jgħidu talb speċjali. Dan it-talb jinstab fi Doctrine and Covenants 20:77, 79. It-talb ifakkarna x’wegħidna lil Missierna fis-Smewwiet u x’wiegħed Hu lilna.
Oħrajn li jħaddnu s-saċerdozju jgħaddu s-sagrament lill-membri tal-qasam jew fergħa. Meta nieħdu s-sagrament, aħna niftakru fis-Salvatur u s-sagrifiċċju tiegħu għalina. Aħna nerġgħu nwiegħdu li nżommu l-patti (wegħdiet) li għamilna ma’ Missierna fis-Smewwiet.
Aħna nkunu riverenti waqt li s-sagramet jitbierek u jitqassam. Huwa l-waqt biex naħsbu dwar il-ħajja,, it-tagħlim, u l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Nistgħu naħsbu wkoll dwar kif nistgħu nimxu wara l-eżempju tiegħu.
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, April 2022. Maltese. 18314 159