“Mosè u l-Manna,” Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib, April 2022
“Mosè u l-Manna”
Messaġġ ta’ Kull Xahar Ħabib , April 2022
Mosè u l-Manna
Mosè kien profeta. Hu mexxa l-poplu ta’ Alla lejn l-art imwiegħda. Huma mxew għal ħafna ġranet.
In-nies kienu bil-ġuħ. Ma kellhomx ikel. Għalhekk Alla bagħtilhom ikel mis-smewwiet. Kien jissejjaħ manna.
Kull filgħodu, il-poplu kien jiġbor il-manna biex jiekol. Imma ma kinitx tibqa’ friska matul il-lejl. Kien ikollhom jiġbru iżjed il-jum ta’ wara.
Il-manna tfakkarna f’Ġesù Kristu Alla bagħat il-manna biex isalva lill-poplu. Huwa bagħat ukoll lil Ġesù fid-dinja biex isalvana. Għandna bżonn lil Ġesù kull jum, l-istess kif għandna bżonn l-ikel kull jum.
Se nimxi wara Ġesù. Huwa se jagħtini l-qawwa u jgħinni nħoss mħabbtu kull jum.
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, April 2022. Maltese. 18314 159