“Rut u Nagħomi,” Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib , Ġunju 2022
“Rut u Nagħomi”
Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib, Ġunju 2022
Rut u Nagħomi
Nagħomi u l-familja tagħha marru f’art ġdida minħabba l-ġuħ. Huma ltaqgħu ma’ mara żagħżugħa jisimha Rut. Rut iżżewġet lil iben Nagħomi.
Imbagħad ir-raġel ta’ Rut miet. Rut kellha dieqa kbira.
Nagħomi wkoll kienet imnikkta ħafna. Ma kien għad baqgħalha ħadd mill-familja li jieħu ħsiebha. Hi ddeċidiet li tmur lura l-art minn fejn kienet telqet.
Nagħomi qalet lil Rut biex tmur lura għand il-familja tagħha. Iżda Rut kienet tħobb lil Nagħomi. Hija wiegħdet li tmur ma’ Nagħomi u tieħu ħsiebha hi.
Rut u Nagħomi kienu fqar. Għalhekk Ruth ħadmet qatigħ biex issib l-ikel għalihom.
Jum fost l-oħrajn wieħed raġel jismu Bogħaż ra lil Rut tiġbor il-qamħ li kien fadal f’waħda mill-għelieqi tiegħu.
Bogħaż kellu qalbu tajba. Huwa qal lill-ħaddiema tiegħu biex iħallu l-ikel żejjed għar-Rut.
Wara xi żmien, Rut u Bogħaż iżżewġu. Kellhom tarbija, tifel. Nagħomi għenithom irabbuh.
Jien nista’ ngħin biex nieħu ħsieb ħaddieħor. Jien nista’ nuri qalb tajba lil dawk li huma fil-bżonn.
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, June 2022. Maltese. 18315 159