2022
L-Iskrittura: Il-Kelma ta’ Alla
Lulju 2022


“L-Iskrittura: Il-Kelma ta’ Alla,” Liahona, Lulju 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Lulju 2022

L-Iskrittura: Il-Kelma ta’ Alla

profeta tat-Testment il-Qadim jikteb

Profeta tat-Testment il-Qadim, ta’ Judith A. Mehr

L-iskrittura tikkonsisti f’kotba mqaddsa li fil-biċċa l-kbira nkitbu minn profeti. L-iskrittura tixhed dwar Ġesù Kristu u tgħallem dwar l-evanġelju tiegħu. L-iskrittura approvata tal-Knisja tikkonsisti mill-Bibbja (li tinkludi t-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid), il-Ktieb ta’ Mormon, id-Duttrina u Patti, u l-Ġawhra li Tiswa Ħafna.

Testment il-Qadim

It-Testment il-Qadim huwa rakkont tar-relazzjoni ta’ Alla mal-poplu tal-patt tiegħu fi żminijiet tal-qedem. Jinkludi t-tagħlim ta’ profeti bħal Mosè, Ġożwè, Isaija, Ġeremija, u Danjel. Għalkemm inkiteb mijiet ta’ snin qabel it-twelid ta’ Ġesù Kristu, ħafna profeti tat-Testment il-Qadim kitbu dwaru.

Testment il-Ġdid

It-Testment il-Ġdid jitkellem dwar it-twelid, il-ħajja mortali, it-tagħlim, u l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Jinkludi wkoll it-tagħlim tal-Appostli u dixxipli oħrajn ta’ Kristu. It-Testment il-Ġdid jgħinna nifhmu kif għandna ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu llum.

Ġesù Kristu jgħallem id-Diskors fuq il-Muntanja

Il-Ktieb ta’ Mormon: Testment Ieħor ta’ Ġesù Kristu

Il-Ktieb ta’ Mormon huwa rakkont ta’ wħud min-nies li għexu fl-Ameriki tal-qedem. Jinkludi tagħlim mill-profeti, u l-għan ewlieni tiegħu huwa li jikkonvinċi lin-nies li Ġesù huwa l-Kristu. Il-Profeta Joseph Smith ittraduċa l-pjanċi tad-deheb permezz tad-don u l-qawwa ta’ Alla.

Joseph Smith jirċievi rivelazzjoni

Joseph Smith Jr. Jirċievi Rivelazzjoni, ta’ Daniel A. Lewis

Duttrina u Patti

Id-Duttrina u Patti jikkontjeni rivelazzjonijiet mogħtija lil Joseph Smith u profeti oħra tal-aħħar żmien. Ir-rivelazzjonijiet jiddeskrivu kif il-Knisja ta’ Kristu hija organizzata. Fihom ukoll tagħlim importanti tal-evanġelju dwar is-saċerdozju, l-ordinanzi tal-evanġelju, u x’jiġri wara din il-ħajja.

Ġawhra li Tiswa Ħafna

Il-Ġawhra li Tiswa Ħafna jinkludi l-kotba ta’ Mosè u ta’ Abraham, it-testimonjanza ta’ Joseph Smith, u l-Artikli tal-Fidi tal-Knisja. Jinkludi wkoll Joseph Smith—Matthew, parti mit-traduzzjoni ta’ Joseph Smith tat-Testment il-Ġdid.

L-Istudju tal-Iskrittura

Il-profeti għallmuna biex nistudjaw l-iskrittura kuljum. Li nagħmlu dan jgħinna nkabbru l-fidi tagħna u nersqu eqreb lejn Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Hekk kif nistudjaw l-iskrittura fi spirtu ta’ talb, l-Ispirtu s-Santu jgħinna nsibu tweġibiet għall-mistoqsijiet tagħna.

Profeti Moderni

Meta l-profeti u l-appostli llum jitkellmu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, kliemhom huwa bħal skrittura. Eżempju ewlieni ta’ dan huwa l-konferenza ġenerali. Aħna nistgħu naqraw it-tagħlim mill-konferenza fl-edizzjonijiet tal- Liahona ta’ Mejju u ta’ Novembru.

Mosè jegħleb lil Satana

Mosè jegħleb lil Satana, ta’ Joseph Brickey