2022
Elija u l-Leħen Ħelu u Sieket
Lulju 2022


“Elija u l-Leħen Ħelu u Sieket,” Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib, Lulju 2022

“Elija u l-Leħen Ħelu u Sieket”

Messaġġi ta’ Kull Xahar Ħabib, Lulju 2022

Elija u l-Leħen Ħelu u Sieket

Elija ħdejn il-muntanja

Illustrazzjonijiet ta’ Apryl Stott

Elija kien profeta. Hu ried jisma’ l-leħen ta’ Alla. Huwa mar fuq muntanja biex jisma’ l-leħen ta’ Alla aħjar.

Elija jara riħ qawwi

Kien hemm riħ qawwi. Kien tant qawwi li kisser il-blat. Ir-riħ beda jvenven. Iżda dan ma kienx il-leħen ta’ Alla.

Elija jara terrimot u nar

Imbagħad kien hemm terrimot. L-art bdiet tirtogħod. Kien hemm in-nar ukoll. Kellu fjammi kbar. Iżda t-terrimot u n-nar ma kenux il-leħen ta’ Alla.

Elija jisma’ l-leħen ħelu u sieket

Imbagħad waqa’ s-skiet. Elija sema’ l-leħen ta’ Alla. Kien ħelu u sieket. Iżda kien ċar.

nies fil-knisja

Jien nista’ nisma’ l-leħen ta’ Alla billi nagħti widen lill-Ispirtu s-Santu. Huwa jkellimni b’modi ħelwin u sempliċi.

Paġna biex Tingħata l-Kulur

Jien Nista’ Nħoss l-Ispirtu s-Santu

tfal ikantaw l-innijiet

Ikklikkja fuq l-istampa biex tniżżilha.

Illustrazzjoni ta’ Apryl Stott

X’jgħinek tħoss l-Ispirtu s-Santu?