“Il-Bosta Ismijiet ta’ Ġesù,” Messaġġi ta’ kull Xahar Ħabib, Diċembru 2022
“Il-Bosta Ismijiet ta’ Ġesù”
Messaġġi ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Diċembru 2022
Il-Bosta Ismijiet ta’ Ġesù
Ħafna profeti għallmu dwar Ġesù Kristu. Huma qalu li hu kellu jitwieled biex jurina kif għandna ngħixu. Huma wżaw bosta ismijiet biex jgħallmu dwaru.
Xi drabi fl-iskrittura Ġesù huwa msejjaħ Immanuel. Dak l-isem ifisser “Alla magħna.”
Ġesù huwa wkoll msejjaħ il-Messija. Messija tfisser “il-midluk.” Ġesù miet għalina sabiex aħna nistgħu nerġgħu ngħixu ma’ Alla.
Ġesù huwa s-Salvatur tagħna. Huwa jsalvana minn dnubietna u mill-mewt.
Isem ieħor li għandu Ġesù huwa l-Prinċep tal-Paċi. Meta aħna nkunu mbeżżgħin jew inkwetati, Huwa jista’ jgħinna nsibu l-paċi permezz tal-Ispirtu s-Santu.
Jiena nħobb lil Ġesù Kristu. Nista’ nitgħallem dwar ħajtu u l-imħabba tiegħu fl-iskrittura.
© 2022 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, December 2022. Maltese. 18318 159