“Riżorsi għaż-Żgħażagħ u t-Tfal,” Liahona, Frar. 2023.
“Riżorsi għaż-Żgħażagħ u t-Tfal,” Liahona, Frar 2023.
Riżorsi għaż-Żgħażagħ u t-Tfal
Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija li jgħallmu lil uliedhom dwar Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu. Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien għandha organizzazzjonijiet, programmi, u riżorsi oħrajn biex jgħinu lill-ġenituri fl-isforzi tagħhom. Flimkien, il-ġenituri, il-mexxejja tal-Knisja, u l-ħbieb jistgħu jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ kollha jersqu lejn Kristu.
Primarja
Il-Primarja hija l-organizzazzjoni tal-Knisja għal tfal ta’ bejn 18-il xahar u 11-il sena. Fil-Primarja, it-tfal jitgħallmu dwar Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu permezz ta’ lezzjonijiet, mużika, u attivitajiet. Il-Primarja tista’ tgħin lit-tfal iħossu l-imħabba ta’ Alla għalihom.
Is-Saċerdozju ta’ Aron u l-Klassijiet tat-Tfajliet
F’Jannar tas-sena meta t-tfal jagħlqu 12-il sena, huma mill-Primarja jimxu jew għall-kworum tas-Saċerdozju ta’ Aron (għas-subien) jew għall-Klassijiet tat-Tfajliet (għall-bniet). Fil-kworums u l-klassijiet tagħhom, iż-żgħażagħ ikomplu jsaħħu t-testimonjanzi tagħhom u jservu lil oħrajn.
Il-Programm Tfal u Żgħażagħ
F’żgħożitu, Ġesù Kristu kiber “fl-għerf, fis-snin, u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin” (Luqa 2:52).” Il-programm Tfal u Żgħażagħ jgħin lill-membri iżgħar tal-Knisja jimxu wara l-eżempju ta’ Kristu. Huma jitgħallmu u jikbru fl-isferi kollha tal-ħajja—spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment.
Rivisti tal-Knisja
Ir-rivista tal-Knisja għat-tfal hija ir-rivista Ħabib. Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ hija r-rivista għaż-żgħażagħ. Dawn ir-rivisti jinkludu stejjer, tagħlim, u attivitajiet miktubin speċifikament għat-tfal u ż-żgħażagħ,
Il-Ktieb ta’ Gwida Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ
Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ: Gwida għal Biex Tagħmel l-Għażliet tgħallem iż-żgħażagħ dwar veritajiet tal-evanġelju. Tgħallimhom kif jagħmlu deċiżjonijiet li jgħinuhom jimxu wara Ġesù Kristu. Tinkludi wkoll risposti għal mistoqsijiet li żgħażagħ jistgħu ikollhom dwar kif tgħix l-evanġelju.
Librerija tal-Evanġelju
Il-Librerija tal-Evanġelju għandha ħafna riżorsi diġitali, li jinkludu vidjos, mużika, stejjer mill-iskrittura, u attivitajiet. Tinkludi wkoll riżorsi li jgħinu lill-ġenituri u lill-mexxejja jgħallmu l-prinċipji tal-evanġelju. Dawn ir-riżorsi jinstabu fil-Librerija tal-Evanġelju fuq ChurchofJesusChrist.org u fil-Gospel Library app,
Il-Konferenzi GħSŻ
Mas-sena li fiha jagħlqu 14-il sena, iż-żgħażagħ huma mistiedna jattendu l-konferenzi Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ (GħSŻ). Dawn l-avvenimenti jinkludu attivitajiet u klassijiet li jgħinu jqawwu l-fidi f’Ġesù Kristu u jgħinu liż-żgħażagħ jikbru spiritwalment, soċjalment, fiżikament, u intelletwalment.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, February 2023. Language. 18910 159