2023
Nitħejjew biex nisimgħu lill-Appostli u lill-Profeti
April 2023


Messaġġ tat-Tmexxija tar-Reġjun

Nitħejjew biex nisimgħu lill-Appostli u lill-Profeti

Fil-familja multi-kulturali tagħna, aħna niċċelebraw l-festi nazzjonali Ingliżi, Irlandiżi, u Olandiżi, kollha u b’mod abbundanti. Kirsty, il-mara tiegħi, l-hena tagħha żżejjen u ssajjar ikliet tradizzjonali tal-Halloween, ss-Sinterklass, il-Milied u ħafna iktar, u wliedna u sħabhom jogħxew fuqhom.

Lejla minnhom Kirsty u jien konna qed niddiskutu kif stanja noħolqu esperjenza simili għal uliedna matul il-Konferenza Ġenerali. Iddeċidejna li nintroduċu croissants magħmulin id-dar, bil-perżut u l-ġobon, bħala l-ikel speċjali tal-Konferenza Ġenerali. Ippreparajna karti biex jingħataw il-kulur, b’suġġetti tal-evanġelju u b’logħob tal-kliem, u dan sabiex ikunu jistgħu jehdew waqt id-diskorsi tal-konferenza. Allura fl-għodwa tal-konferenza konna lebsin pulit, daqslikieku kien il-Ħadd. Imma kellna wkoll ħafna mħadded u kutri sħan li bihom it-tfal setgħu jibnu kastelli tal-imħadded u jagħmlu l-kampijiet biex iħossu lilhom infushom komdi, siguri, u maħbubin. Aħna ħadna pjaċir naraw il-Konferenza bħala familja u xtarrejna l-messaġġi ispirati mill-mexxejja tal-knisja waqt li r-rħa tal-croissants qed jinħmew fil-form imlitilna d-dar. It-tfal iż-żgħar kisbu ħafna tifħir għaliex segwew sessjoni tal-Konferenza mill-bidu sal-aħħar. U stennejna ftit iktar mit-tfal il-kbar hekk kif beda jgħaddi l-ħin. L-eċitament dwar il-Konferenza Ġenerali ġabilna lkoll ħafna hena. Issa aħna nanniet, il-gost tagħna nirċievu ritratti permezz tal-midja soċjali tan-neputijiet tagħna waqt li qed jieħdu esperjenzi simili tal-konferenza.

Meta naqraw id-diskors tas-Sultan Benjamin u kif il-poplu tħejja biex jisma’ kliemu1 nistgħu nitgħallmu mill-inqas tliet affarjiet importanti. L-ewwel, l-istedina kienet għan-nies tal-pajjiż kollu, l-istess eżatt kif l-istedina tkun għalina lkoll biex immorru u nisimgħu lill-mexxejja tal-Knisja llum. Nistgħu nsaqsu lilna nfusna: “kif qed naċċerta ruħi li jien qed ngħin biex din l-istedina tasal għall-membri kollha tal-qasam tiegħi u anki għal dawk il-ġirien u ħbieb tiegħi li mhumiex membri?” It-tieni, naqraw li n-nies inġabru. Illum aħna nistgħu ninġabru bħala familji jew gruppi fi djarna jew fid-djar tal-laqgħat. Il-Mulej qal, “Għax fejn tnejn jew tlieta jiltaqgħu f’ismi, hemm inkun jiena f’nofshom.”2 Hemm qawwa liemabħalha meta ninġabru flimkien ta’ spiss.3 U fl-aħħar, huma nġabru madwar it-tempju u ntasbu biex jisimgħu l-kliem tas-salvazzjoni. Jimporta nissuġġerixxi li nagħmlu l-istess? It-Tempju huwa l-post fejn jiltaqgħu s-smewwiet u l-art, refuġju mill-maltempati tal-biża’ li għaddejjin fid-dinja li ngħixu fiha, u post fejn nistgħu nikkondizzjonaw qalbna u moħħna għal dak li hu ta’ konsegwenza eterna. Kemm hija preparazzjoni mill-aqwa għal qalbna u moħħna li nattendu fid-dar tal-Mulej u naħdmu fuq l-istorja tal-familja, u biex inkunu spiritwalment iktar allineati ħalli nirċievu l-kelma ta’ Alla permezz tal-ilħna tal-qaddejja tiegħu.4 Il-Presbiteru Robert D. Hales qal, “Jien iwegħidkom fl-isem Tiegħu li jekk titolbu b’xewqa sinċiera li tisimgħu l-leħen ta’ Missierkom fis-Smewwiet fil-messaġġi tal-konferenza, intom tiskopru li Hu tkellem biex jgħinkom, biex iqawwikom, u biex imexxikom sad-dar fil-preżenza tiegħu.”5

Jien nixhed li dan huwa minnu. Meta nitħejjew bi gratitudni u b’antiċipazzjoni kollha hena hekk kif nikkondizzjonaw qalbna għall-Mulej biex jeħodha u jissiġillaha għas-sawli tiegħu hemm fuq6 il-Konferenzi Ġenerali jistgħu jsiru wħud mill-aqwa perjodi tas-sena. Saħansitra żmien li ma jintesiex biex ninġabru bħala familja u ħbieb u nħossuna privileġġjati biex nisimgħu mingħand il-profeta tagħna, l-appostli, u awtoritajiet ġenerali oħra li jippreparaw messaġġi ispirati biex iberkulna ħajjitna. Din ssir ċelebrazzjoni tal-għaġeb u li tbiddel il-ħajja, biex nirċievu gwida spiritwali fuq livell personali u biex nsaħħu l-fidi tagħna fil-Mulej Ġesù Kristu.

Noti:

  1. Mosija 2:1, 5-6.

  2. Mattew 18:20.

  3. Moroni 6:5.

  4. D&C 1:38.

  5. April 2013 Konferenza Ġenerali, Sessjoni tas-Sibt Filgħodu.

  6. Innu, “Come Thou fount of every blessing” Mużika: John Wyeth 1770-1858 & Lirika: Robert Robinson 1735-1790.

Ipprintja