2023
Sebat Ijiem Nixxerjaw l-Evanġelju
Lulju 2023


“Sebat Ijiem Nixxerjaw l-Evanġelju,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Lulju 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Lulju 2023

Sebat Ijiem Nixxerjaw l-Evanġelju

Tista’ tixxerja l-evanġelju b’modi normali u naturali. Ħa tidħlilha din l-isfida?

Meta nitkellmu dwar kif nixxerjaw it-testimonjanzi tagħna, dak li spiss jiġina f’moħħna huwa li nagħtu t-testimonjanzi tagħna waqt laqgħa tas-sagrament jew xi sitwazzjoni formali oħra. Iżda aħna ġejna mħeġġin “nfittxu opportunitajiet biex nuru l-fidi tagħna b’modi naturali u normali.”1

Fl-isfida ta’ sebat ijiem li [ejja, int tista’ tixxerja t-testimonjanza tiegħek b’mod differenti kull ġurnata tal-ġimgħa. Tista’ tagħmel dan f’kwalunkwe ordni li trid, jew tista’ anki toħroġ b’xi ideat tiegħek! Ħa tidħlilha din l-isfida?

Immaġni
dar tal-laqgħat

Illustrazzjonijiet ta’ Emily Davis

Jum 1: Knisja

Ikkonsidra tagħti t-testimonjanza tiegħek f’laqgħa ta’ testimonjanza qasira fil-knisja jekk din hi xi ħaġa li int komdu tagħmilha. Jekk le, tista’ taqsam it-testimonjanza tiegħek fil-knisja billi tipparteċipa fil-klassijiet tiegħek nhar il-Ħadd jew fis-seminarju. Il-kummenti li tixxerja hemm jistgħu jedifikaw lil oħrajn u jqawwulhom it-testimonjanzi tagħhom u anki tiegħek stess.

Immaġni
ħbieb

Jum 2: Ħbieb

X’tgħallimt nhar il-Ħadd il-knisja? Għoġbitek xi ħaġa li xxerja xi ħadd fil-laqgħa tas-sagrament jew fid-diskussjoni li kellkom fil-klassi? Forsi l-kanzunetta tal-ftuħ kienet wieħed mill-innijiet favoriti tiegħek. Tkellem ma’ xi ħabib dwarha! Imbagħad saqsih dwar il-weekend ukoll.

Immaġni
ċempel bil-midja soċjali

Jum 3: Midja Soċjali

Il-midja soċjali hija post mill-aqwa biex tixxerja affarjiet spiritwali b’mod normali u naturali. Għal dan il-jum tal-isfida, ikkonsidra li tixxerja post dwar:

  • Wieħed mill-versi favoriti tiegħek mill-iskrittura.

  • Kwotazzjoni edifikanti mill-konferenza ġenerali.

  • Ħsieb jew esperjenza spiritwali.

  • Xi ħaġa li tħobb jew tapprezza dwar is-Salvatur.

  • Mod kif Hu għenek riċentament jew kwalità li int tammira fih u r-raġuni għaliex.

Immaġni
mowbajl bil-vidjo u t-test

Jum 4: Test jew Vidjo

Ibgħat messaġġ edifikanti lil xi ħbieb permezz ta’ test jew vidjo. Tista’ tixxerja diskors tal-konferenza li taħseb li jogħġobhom, tgħidilhom xi ħaġa li tapprezza dwarhom, jew tkellimhom dwar il-fidi tiegħek f’Ġesù Kristu. Per eżempju, forsi jeħtieġu jsiru jafu dwar l-imħabba tal-Missier fis-Smewwiet għalihom. Tista’ dejjem tgħidilhom wiċċ imb wiċċ!

Immaġni
mara żagħżugħa b’bużżieqa forma ta’ qalb

Jum 5: Servizz

Forsi tistaqsi kif li sservi lil oħrajn jaf ikun mod kif tixxerja t-testimonjanza tiegħek. L-Appostlu Pawlu qal lil Timotju, “Kun ta’ eżempju għal dawk li jemmnu, fi kliemek u fl-imġiba tiegħek, fl-imħabba, fil-fidi, fis-safa” (1 Timotju 4:12). Mela tista’ turi t-twemmin tiegħek permezz tal-eżempju tiegħek, billi sservi lil oħrajn kif kieku kien iservihom is-Salvatur.

Immaġni
tagħmir tal-arti

Jum 6: Arti

Xi drabi n-nies jużaw l-arti bħala mod differenti kif huma jixxerjaw ħsibijiethom u dak li jħossu. Tista’ tuża pitturi, skulturi, poeżija, mużika, jew kull forma ta’ arti biex tixxerja kif tħossok dwar Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu.

Immaġni
żgħażagħ jitkellmu

Jum 7: Konverżazzjonijiet Każwali

Tibżax issemmi t-twemmin tiegħek f’sitwazzjonijiet każwali, l-istess kif kieku kellek tixxerja kwalunkwe ħsieb ieħor li għandek dwar xi suġġett jew ieħor.

Bla dubju tista’ titkellem dwar attivitajiet tal-Knisja jew xi skrittura li qrajt riċentament, iżda dan jista’ jkun anki iktar każwali minn hekk. Per eżempju:

  • Jekk int ispirat min-natura, esprimi l-apprezzament tal-kreazzjonijiet ta’ Alla ma’ xi ħadd ieħor.

  • Forsi kellek xi esperjenza spiritwali tajbda dan l-aħħar. Iddeskriviha lil xi ħabib, jekk mhijiex wisq personali.

  • Sib analoġiji mal-evanġelju fi ktieb jew film jekk tixtieq, u xxerja l-ħsibijiet tiegħek dwar dan.

Normali u Naturali

Hekk kif issib modi differenti kif tixxerja t-twemmin tiegħek, kollox isir iktar u iktar naturali biex inti tagħmel dan. Forsi dan jidher ftit skomdu għal bidu, imma ma jimpurtax! Ftakar, it-testimonjanza tiegħek fiha nfisha hija diġà naturali għalik—hija parti ta’ dak li int. Li tixxerja jista’ jsir naturali wkoll. Kull ma trid huwa li tesprimiha ftit iktar kull jum.

Kif ħa tixxerja t-testimonjanza tiegħek illum?

Ipprintja